Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Inwettqu Flimkien: Jiġu ppubblikati linji gwida u dizzjunarju Queer

pr230433
Date Icon 22/03/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg ħabbret il-pubblikazzjoni ta' linji gwida tal-midja u dizzjunarju Queer li huma maħsuba biex fir-rappurtaġġ jippromwovu rappreżentanza preċiża, ġusta u rispettuża lejn persuni LGBTIQ+.

Dawn il-linji gwida joffru modi xierqa ta' rappurtaġġ dwar persuni LGBTIQ+ fuq il-midja soċjali, portals tal-aħbarijiet, programmi tar-radju u tat-televiżjoni. Fihom l-aħjar prattiki għall-ġurnalisti u l-produtturi biex jiżguraw li r-rappurtaġġ tagħhom li jikkonċerna l-komunità LGBTIQ+ huwa ħieles minn preġudizzju, sterjotipar u diskriminazzjoni. Barra minn hekk, il-glossarju, ippubblikat kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fuq livell lokali u jipprovdi l-għodda meħtieġa għal komunikazzjoni effettiva.

Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg enfasizzat il-qawwa tal-lingwa fit-tiswir tad-dinja u tenniet l-importanza tal-lingwa, kemm b'mod ġenerali, iżda wkoll fejn tidħol il-komunità LGBTIQ+.

“Bejn kelma u oħra, wieħed jista' jgħolli, jispira u jgħaqqad, iżda jista' wkoll jagħmel ħsara, jimmarġina u jifred. Il-midja għandha rwol vitali fit-tiswir ta' attitudnijiet u perċezzjonijiet pubbliċi u nemmen bis-sħiħ li dawn il-pubblikazzjonijiet ser iservu ta' pass ieħor 'il quddiem biex Malta tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tad-drittijiet ċivili," qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.

Il-linji gwida jappellaw għal sensittività lejn individwi LGBTIQ+ u l-esperjenzi tagħhom; iħeġġu l-użu ta' terminoloġija xierqa; rispett għall-pronomi u l-identitajiet tal-ġeneru tal-individwi; u jiġu evitati sterjotipi u lingwaġġ offensiv.

Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn:

https://humanrights.gov.mt/en/Pages/LGBTIQ%20Equality/Publications.aspx.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Inwettqu Flimkien: Jiġu ppubblikati linji gwida u dizzjunarju Queer
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow