Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Se jitwettqu 11-il proġett mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku

pr230425
Date Icon 22/03/2023

Malta se twettaq 11-il proġett taħt it-tielet sejħa tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI). Minn dan il-programm pajjiżna se jingħata għajnuna sabiex jimplimenta proġetti relatati mar-riformi fil-policies u mal-amministrazzjoni pubblika.

Dawn jinkludu 8 proġetti li se jitwettqu direttament mill-Gvern Malti u 3 proġetti li se jitwettqu bi sħubija mal-awtoritajiet Maltin u ma’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea biex jindirizzaw prijoritajiet u bżonnijiet komuni.

L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) huwa l-programm tal-UE li jipprovdi għarfien espert tekniku mfassal apposta għall-istati membri tal-UE biex ifasslu u jimplimentaw ir-riformi. L-appoġġ huwa mmexxi mid-domanda u ma jeħtieġx kofinanzjament mill-istati membri. Din l-inizjattiva tal-UE hija pilastru importanti biex tgħin lill-istati membri jtaffu l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19.

Fost il-proġetti approvati hemm it-tisħiħ tal-konformità tat-taxxa; l-iżvilupp ta' strateġija nazzjonali għal akwakultura sostenibbli; u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni ta’ riorganizzazzjoni tas-settur ġudizzjarju.

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, Silvio Schembri, qal li l-fondi Ewropej qed jgħinuna finanzjarjament fuq għadd ta’ proġetti umanitarji, infrastrutturali, soċjali u ekonomiċi. Kompla li din l-għajnuna teknika f’dawn il-proġetti se tkun qed tgħin biex jitwettqu aktar policies fejn hemm bżonn.

“Mill-2020, minn meta faqqgħet il-pandemija, xi ftit jew wisq ħajjitna nbidlet. Għaldaqstant, permezz ta’ dawn il-proġetti qed inħarsu lejn oqsma li għadhom qed iħossu l-effett tal-pandemija aktar minn oħrajn u ngħinu fl-irkupru tagħhom,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li l-gvern huwa kommess li jwettaq dawn il-proġetti bil-għan li jsaħħu l-amministrazzjoni pubblika, fost l-oħrajn.

“L-istrument ta’ appoġġ tekniku se jkompli jgħin lill-pajjiżna u lill-istati membri jirkupraw mill-effetti soċjali u ekonomiċi tal-pandemija, ninvestu sabiex is-servizzi pubbliċi jkunu ta’ kwalità aħjar u biex it-tkabbir ekonomiku jkun sostenibbli,” qal Dr Bonett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow