Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “It-tfal posthom l-iskola u mhux jiġġieldu fil-gwerer” – Il-Ministru Ian Borg

pr230424
Date Icon 22/03/2023

“It-tfal posthom l-iskola u mhux jiġġieldu fil-gwerer u l-kunflitti”. Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt li kien qed jiftaħ konferenza internazzjonali dwar it-tfal li jkunu parti minn kunflitti u gwerer.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Borg sostna kif l-impunità mhix għażla u hemm bżonn li dawk responsabbli minn dawn ir-reati jiffaċċjaw il-ġustizzja. Huwa tkellem ukoll dwar din il-prijorità tal-politika barranija Maltija li hija wkoll punt essenzjali fil-ħidma li qed jagħmel pajjiżna fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Fid-dawl ta’ din il-konferenza, il-Ministru Borg kellu laqgħa bilaterali mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għat-Tfal fil-Kunflitti, is-Sinjura Virginia Gamba. Matul din il-laqgħa komplew jiġu diskussi l-prijoritajiet ta’ Malta dwar dan is-suġġett u kif matul dan iż-żmien importanti li Malti qiegħda fuq il-kunsill, bħala pajjiż, se nkunu qed nagħmlu l-isforzi kollha sabiex is-suġġett jibqa’ jkun wieħed fuq nett tal-aġenda internazzjonali.

Il-Ministru Borg kellu wkoll laqgħa mal-Kap Eżekuttiv ta’ Geneva Call is-Sur Alain Délétroz u l-Kap Eżekuttiv ta’ Action Against Hunger is-Sur Jean-François Riffaud.

Il-Ministru Ian Borg ipparteċipa wkoll fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali bi preparazzjoni għall-Kunsill Ewropew ta’ nhar il-Ħamis.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “It-tfal posthom l-iskola u mhux jiġġieldu fil-gwerer” – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “It-tfal posthom l-iskola u mhux jiġġieldu fil-gwerer” – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “It-tfal posthom l-iskola u mhux jiġġieldu fil-gwerer” – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “It-tfal posthom l-iskola u mhux jiġġieldu fil-gwerer” – Il-Ministru Ian Borg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow