Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta kommessa li tibqa’ tgħin lill-bdiewa, raħħala u sajjieda

pr230417
Date Icon 21/03/2023

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo attenda għal-laqgħa tal-Kunsill tal-AgriFish fi Brussell. Flimkien ma' ministri oħra Ewropej responsabbli mill-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd, ġew diskussi bosta suġġetti importanti, fosthom il-pakkett li jipprovdi l-miri ewlenin għall-futur tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, ftehimiet u negozjati kummerċjali ma' pajjiżi terzi, u anke s-sitwazzjoni tas-swieq internazzjonali u l-impatt tal-effetti klimatiċi.

Fl-intervent tiegħu dwar il-pakkett għall-futur tas-sajd, filwaqt li rrikonoxxa l-bżonn ta' miżuri ambjentali, il-Ministru Refalo tenna l-bżonn li jkun issalvagwardjat il-futur tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura. Huwa enfasizza l-fatt li l-approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd" mhuwiex ideali, speċjalment għaliex il-maġġoranza tas-settur tas-sajd tal-UE huwa magħmul minn flotta tas-sajd fuq skala żgħira. Il-ministru għamel referenza wkoll għall-isfruttar tar-riżorsi tal-Baħar Mediterran minn pajjiżi terzi li mhumiex impenjati bl-istess mod daqs pajjiżi Ewropej, li jpoġġu lis-sajjieda Maltin fi żvantaġġ.

Waqt il-laqgħa ġew diskussi wkoll l-effetti li ħalliet u għadha qed tħalli l-gwerra fl-Ukrajna. Dwar dan, il-Ministru Refalo tenna li l-awtoritajiet Maltin ħarġu diversi skemi biex jassistu lis-settur agrikolu u tas-sajd u tenna li l-Gvern kommess li jkompli jistabbilizza s-sitwazzjoni. “Nemmnu li l-Pjan Strateġiku se jkompli jgħin is-sitwazzjoni b'diversi miżuri u skemi. Iżda bħala strateġija fit-tul nemmnu li l-UE jeħtieġ li tieħu miżuri li jsaħħu l-awtonomija strateġika tagħha. Dan sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel fi ħdan l-UE filwaqt li tonqos id-dipendenza tagħna fuq pajjiżi terzi għall-provisti bħall-enerġija, il-fertilizzanti u l-magħlef," qal il-Ministru Refalo.

Il-Ministru Refalo temm l-intervent tiegħu billi qal li “Malta se tkompli ssegwi l-andament tas-swieq agrikoli filwaqt li nibqgħu kommessi li nisimgħu u nwasslu d-diffikultajiet tal-produtturi tagħna. Dan speċjalment wara li fl-aħħar xhur, permezz ta' tibdil leġislattiv, saret riforma biex tissaħħaħ il-fora nazzjonali għall-agrikoltura bl-iskop li nsaħħu d-djalogu, il-governanza u r-rappreżentanza tas-setturi agrikoli kollha."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta kommessa li tibqa’ tgħin lill-bdiewa, raħħala u sajjieda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta kommessa li tibqa’ tgħin lill-bdiewa, raħħala u sajjieda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow