Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta kommessa li tkompli tikkontribwixxi għal aktar għajnuna umanitarja

PR230408
Date Icon 20/03/2023

Malta hija kommessa li tibqa' tkun strumentali għal kontribuzzjoni ta' għajnuna umanitarja bħala parti mill-appoġġ Ewropew, qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt li kien qed jindirizza l-ftuħ tal-European Humanitarian Forum fi Brussell.

Il-Ministru Ian Borg fakkar li l-bżonn ta' aktar għajnuna umanitarja qed dejjem jiżdied, b'mod partikolari minħabba sitwazzjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima u anke l-gwerer u l-kunflitti li jeżistu madwarna, b'mod partikolari dak fl-Ukrajna. Il-Ministru Borg hawnhekk faħħar l-impenn tal-Unjoni Ewropea u tal-istati membri li dejjem kienu solidali.

Huwa żied jgħid li l-aġenda ta' dan il-forum hija sinjal ċar tad-direzzjoni li trid tkompli tittieħed. Malta, anke bħala membru fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, għandha l-għan li tkompli timbotta għal azzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fl-għajnuna bejn l-istati minħabba t-tibdil fil-klima. Il-Ministru Borg kompla jgħid li anke fuq livell lokali, Malta hija determinata li tkompli tagħti l-appoġġ neċessarju kollu madwar id-dinja u sa issa diġà allokat madwar €1 miljun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta kommessa li tkompli tikkontribwixxi għal aktar għajnuna umanitarja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta kommessa li tkompli tikkontribwixxi għal aktar għajnuna umanitarja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta kommessa li tkompli tikkontribwixxi għal aktar għajnuna umanitarja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta kommessa li tkompli tikkontribwixxi għal aktar għajnuna umanitarja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow