STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr212232
15/12/2021
Il-wage supplement kif inhu bħalissa se jkun estiż sal-aħħar ta' Jannar 2022, bis-sitwazzjoni trid tibqa' tkun analizzata kontinwament. Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela meta kien mistoqsi dwar is-suġġett qabel laqgħat fi Brussell.
Il-Prim Ministru spjega li din l-estensjoni ta' xahar kienet approvata mill-Kabinett wara li kien ikkunsidrat ix-xenarju internazzjonali u l-bżonn li nsostnu l-irkupru ta' pajjiżna.
Il-Prim Ministru fakkar li l-gvern iħaddan il-prinċipju li ma jħallix in-nies waħedhom u kien għalhekk li fl-eqqel ta' pandemija pajjiżna għandu l-inqas rata ta' qgħad fl-istorja.
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953