Left arrow Go Back

MALTA SE TOSPITA CHOGM 2015

pr2556
Date Icon 17/11/2013

Malta se tkun qed tospita l-laqgħa tal-Kapijiet tal-Istat tal-Commonwealth (CHOGM) li se jsir fl-2015. Dan ġie kkonfermat fl-aħħar sessjoni tac-CHOGM li qed isir fi Sri Lanka. L-għażla ta' Malta saret bi qbil unanimu.

L-ewwel indikazzjonijiet ingħataw lill-Prim Ministru Joseph Muscat mal-wasla tiegħu fi Sri Lanka, wara li l-Commonwealth ġiet mgħarrfa li l-Mauritius irtirat milli torganizza CHOGM 2015 kif kien diġa' maqbul.

Il-Prim Ministru ġie mitlub jikkunsidra jekk Malta tkunx disponibbli biex tospita CHOGM 2015. Il-Prim Ministru ndika li, jekk ikun hemm qbil fost il-pajjiżi kollha, Malta tkun lesta tidħol għal dan l-impenn. Kien hemm numru ta' pajjiżi oħra li riedu jospitaw CHOGM 2015. Madankollu, wara xogħol diplomatiku li sar, kien hemm qbil unanimu li tkun Malta li tospita CHOGM 2015.

Din hija biss it-tieni darba li pajjiż tal-Commonwealth se jkun qed jorganiżża żewġ laqgħat għall-Kapijiet tal-Istat fi żmien 10 snin. Malta organizzat CHOGM fl-2005. 

F'kumment il-Prim Ministru qal: "Dan huwa mument importanti ieħor li jikkonsolida r-rispett li tgawdi Malta fost il-pajjiżi tal-Commonwealth u mill-komunità internazzjonali. Din l-okkażjoni għandha sservi bħala sfond għal okkażjonijiet oħra li jinsabu fil-kalendarju ta' pajjiżna bil-Presidenza tal-UE fl-2017 u l-V18 meta l-Belt Valletta se tkun il-Belt Kulturali Ewropea."

CHOGM2015 mistennija tagħti injezzjoni lill-ekonomija u tgħin biex il-pajjiż ikompli jipprepara għal Presidenza Ewropea.

Is-soltu, pajjiż ikollu erba' snin biex jipprepara. Malta se jkollha sentejn żmien, madankollu ninsabu konvinti li l-pajjiż kapaċi jerġa jqum għall-okkażjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

More Press Releases Right arrow