Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037
Date Icon 27/11/2026

Malta qed tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala ċentru internazzjonali ta’ djalogu, kooperazzjoni u innovazzjoni fit-turiżmu permezz tal-11-il edizzjoni tal-Mediterranean Tourism Forum, organizzata mill-Mediterranean Tourism Foundation.

Il-Forum, li qed ilaqqa’ flimkien esperti, akkademiċi, istituzzjonijiet u mexxejja mill-industrija turistika, jinkludi erba’ Action Labs b’parteċipazzjoni ta’ madwar 1,500 persuna.

Id-diskussjonijiet qed jiffukaw fuq erba’ oqsma strateġiċi: it-turiżmu marbut mal-kwalità tal-ħajja, id-disinn u l-kultura; ir-reżiljenza tad-destinazzjonijiet u s-sigurtà tal-viżitaturi; l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fis-settur tal-ospitalità; u l-gastronomija bħala parti mill-identità Mediterranja.

Fost l-inizjattivi proposti hemm MEDREADY, li tesplora l-possibbiltà li Malta ssir ċentru għall-kooperazzjoni fl-oqsma tal-aħjar prattiki fis-sigurtà turistika, u l-AI Hotel Blueprint, li jista’ jpoġġi lil Malta fuq quddiem fl-innovazzjoni responsabbli fl-ospitalità.

Il-Ministru għat-Turiżmu Jo Etienne Abela qal kif permezz ta’ din l-inizjattiva, Malta qed tkompli timmira li tkun protagonista fil-futur tat-turiżmu Mediterranju, fuq il-prinċipji ta’ Stewardship, Unity u Net Positive. Spjega kif dan ikun ifisser li f’kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Mediterran, it-turiżmu jħalli aktar valur fil-komunitajiet diversi tagħna mingħajr ma jimpatta ħażin lis-soċjetà u l-ambjent. 

“Din hija l-bażi tat-turiżmu sostenibbli. Il-komunità Mediterranja tista’ tafda lill-gżejjer Maltin bħala msieħba li kapaċi jimbuttaw qafas ta’ reżiljenza u progress fit-turiżmu,” temm jgħid il-Ministru Abela.

Waqt is-sessjoni plenarja tal-MHRA u l-Mediterranean Tourism Foundation, il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti tkellem dwar kif l-intelliġenza artifiċjali tista’ tgħin lil-lukandi u lir-ristoranti jtejbu l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizz filwaqt li jżommu l-element uman fil-qalba tal-ospitalità. B’referenza għall-AI Hotel & Restaurant Blueprint, huwa saħaq fuq il-ħtieġa li n-negozji, il-ħaddiema u l-imsieħba soċjali jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa u jittestjaw soluzzjonijiet permezz ta’ proġetti pilota, bl-appoġġ ta’ fondi nazzjonali u Ewropej.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT   Sala taħt il-Knisja ta’ Għajnsielem tinbidel fi spazju għall-Għaqda tal-Presepisti u għar-residenti ta’ Għajnsielem

PR262036

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Sala taħt il-Kn...

More Press Releases Right arrow