AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għal-mustarda minħabba li nstab li fih traċċi ta’ mustarda mhux iddikjarat fuq it-tikketta.
|
Ditta: |
Hakubaku |
|
Oriġini |
l-Awstralja |
|
Numru tal-Lott |
12.6B |
|
Użin: |
270g |
|
Data tad-durabbiltà: |
1/06/2028 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR262037
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...
PR262036