Left arrow Go Back

FAMILJI B’SAĦĦITHOM, SOĊJETÀ B’SAĦĦITHA

pr2555
Date Icon 16/11/2013

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Dijabete ċċelebrat kull sena fl-erbatax ta’ Novembru, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca attendiet għall-‘Free Diabetes Tests’ organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete f’kumpless ewlieni fil-Ħamrun.

Wara li ħadet it-test taz-zokkor fid-demm, l-Onor. Coleiro Preca faħħret din l-inizjattiva filwaqt li ħeġġet lil kulħadd biex jilqa’ għal din il-kundizzjoni minn qabel permezz ta’ testijiet bħal dawn, eżerċizzju fiżiku regolari u dieta tajba.

Qalet li f’pajjiżna hawn mal-40,000 persuna li għandhom id-dijabete.

Għalhekk il-Gvern huwa kommess li jiġġieled l-obeżità, waħda mill-fatturi li twassal għal din il-kundizzjoni.

Temmet tgħid li jekk kulħadd jieħu ħsieb saħħtu u jagħmel viżti regolari, ikollna familji b’saħħithom u b’hekk soċjetà b’saħħitha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

More Press Releases Right arrow