MALTA TAPPOĠĠJA KULL INIZJATTIVA REĠJONALI LI TISTA’ TĦARES U SSAĦĦAĦ IL-KOOPERAZZJONI FIR-RIĊERKA FIL-BAĦAR TAL-MEDITERRAN
Meta għalaq il-konferenza The Observatory for the Development of the Mediterranean : A Tool For Decision Makers, l-ODMED li ttellgħet fl-Università l-Qadima fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li pajjiżna jappoġġja kull inizjattiva reġjonali li tista’ tħares u ssaħħaħ il-kooperazzjoni tar-riċerka fil-baħar Mediterran.
Huwa qal li aktar ma’ l-akkademiċi jsaħħu l-bażi xjentifika bejniethom aktar jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet siewja u għaqlin għaliex ikunu bbażati fuq riċerka mifruxa u fil-fond.
Żied jgħid li iżda l-akbar sfida li għandu dan l-osservatorju huwa dwar kif ser jirnexxielu jagħmel minn dan it-tgħarif għodda effettiva għall-komunitajiet u għas-soċjetà inġenerali, biex jinbidlu f’soċjetà aktar aġġornata biex tkun tista’ tittieħed azzjoni konkreta ħalli nindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi, l-opportunitajiet u t-theddid li qed jiffaċċja l-baħar Mediterran.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037
pr2537a.pdf