Left arrow Go Back

FTUĦ TAL-COMMOWEALTH HEADS OF GOVERNMENT MEETING FI SRI LANKA

pr2536
Date Icon 15/11/2013

Il-Prim Ministru attenda għall-ewwel sessjonijiet eżekuttivi tal-laqgħa taċ-CHOGM li saru filgħodu fi Sri Lanka waqt il-laqgħa għall-Kapijiet ta’ Gvernijiet membri tal-Commonwealth. 

Il-Prim Ministru attenda għaċ-ċerimonja tal-ftuħ li kienet preseduta mill-Prinċep Karlu u l-President tas-Sri Lanka Mahinda Rajapaksa. 

Wara saret l-ewwel sessjoni eżekuttiva fejn ġew diskussi numri ta' punti dwar il-ħidma tal-Commonwealth.

F’kummenti dwar l-akkużi ta’ ksur ta’ drittijiet tal-bniedem waqt il-gwerra ċivili fis-Sri Lanka li ntemmet fl-2009,  il-Prim Ministru qal li l-pożizzjoni tal-Gvern Malta hija bħal tal-Unjoni Ewropea fejn filwaqt li wieħed jilqa’ l-fatt li gwerra ċivili ntemmet, madankollu nemmnu fil- bżonn li jiġu investigati ksur tad-drittijiet tal-bniedem li seħħew fin-naħa ta’ fuq tas-Sri Lanka.

Huwa qal li qabel mal-pożizzjoni tal-Prim Ministru Ingliż David Cameron li sostna li mhijiex soluzzjoni li ma tattendix bħalma sar minn pajjiż oħrajn. Wieħed iżda għandu jattendi, jagħmel il-punti tiegħu ċari direttament mal-Presidenza tas-Sri Lanka u jiġbed l-attenzjoni tal-media internazzjonali lejn dan il-pajjiż.

Il-Prim Ministru jkompli bl-impenni tiegħu b’indirizz waqt is-sessjoni tas-sezzjoni taż-żgħażagħ tal-Commonwealth u b’laqgħat bilaterali ma’ pajjiżi li qed jattendu din il-laqgħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

More Press Releases Right arrow