DISKORS MILL-ONOR. MICHAEL FARRUGIA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, WAQT KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET BIT-TEMA MALTA AKTAR B’SAĦĦITHA, MALTA AKTAR ĠUSTA – IL-BELT VALLETTA – IT-TLIETA 12 TA’ NOVEMBRU 2013
Għaddew tmien xhur minn meta dan il-Gvern preżenti ħa r-riedni tal-pajjiż f’idejh. Nista’ ngħid li kienu tmien xhur ta’ ħidma kontinwa sabiex dan il-pajjiż tassew inkomplu inmexxuh ’il quddiem kif jistħoqqlu.
Il-Prim Ministru tani r-responsabbiltà tal-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni – żewġ ‘remits’ li llum nista’ ngħid li huma għal qalbi ħafna.
Dipartiment tal-Artijiet
Għaddejjin b’diversi inizjattivi sabiex dan id-Dipartiment ikun aktar effiċjenti u jaqdi l-bżonnijiet taċ-ċittadini bl-aktar mod effettiv.
Ħidmet it-Tender Committee
• Matul ix-xhur li għaddew, it-Tender Committee mmexxi mid-Direttur Ġenerali ddiskuta 167 każ ta’ trasferiment ta’ proprjetà li 104 minnhom ġew approvati biex il-proprjetà mitluba jinħarġu bl-offerti
•
Ħidma direttorat tal-Artijiet
• Matul l-2013, ġew konklużi diversi kuntratti għal akkwist ta’ proprjetà privata fejn diversi sidien tħallsu bejniethom l-ammont ta’ €7,636,009 bħala kumpens. sal-aħħar ta’ din is-sena ser jitħallsu s-sidien ta’ madwar 150 proprjetà li l-kumpens tagħhom kien jammonta għal anqas minn €15,000.
• Matul is-sena 2014 se nkunu qed nissetjaw benchmark ieħor biex dawn jitħallsu
Inizjattivi 2014 – Dipartiment tal-Artijiet
• Eżerċizzju biex jiġu identifikati postijiet vojta tal-Gvern ġewwa l-Belt Valletta sabiex nilqgħu l-miri tal-proposta mħabbra fil-Budget 2014 dwar Proġett Pilota Tal-Proprjetà tal-Gvern fil-Belt Valletta. Dan l-eżerċizzju ser iservi sabiex ikun hemm idea ċara tal-proprjetajiet kollha li hemm fil-kapitali tagħna u jgħin ukoll biex teżori li hemm f’din il-lokalità ma jitħallewx jintelqu. Barra minn hekk dan l-eżerċizzju jgħin biex jiġu identifikati opportunitajiet ta’ investiment anke mal-privat, kif diġà wera r-rispons li kien hemm għall-proprjetajiet li l-Gvern ħareġ fuq is-suq dan l-aħħar. L-istess eżerċizzju ser isir f’inħawi oħra ta’ Malta u Għawdex.
• Impenn sħiħ biex jinġabru l-kirjiet dovuti lill-Gvern u nnaqqsu l-arretrati
Aktar ħidma kontinwa għaddejja fid-Dipartiment tal-Artijiet. B’koordinazzjoni mal-uffiċċju tiegħi fl-aħħar xhur kien għaddej xogħol fuq dawn il-proġetti :
• Sejħa għall-Espressjoni t’Interess li saret fuq 4 proprjetajiet tal-Gvern vojta li għandhom potenzjal kummerċjali qawwi, kemm il-darba jiġu restawrati. 114-il persuna ġabru d-dokumenti għal dawn il-proprjetajiet u l-applikanti għandhom sat-12 ta’ Diċembru 2013, biex jissottomettu l-proposti tagħhom;
• Huwa stmat li se joħorġu aktar sejħiet għall-espressjonijiet ta’ interess matul is-sena 2014;
• Sejħa internazzjonali għall-Espressjoni t’Interess dwar Riklamazzjoni ta’ Art fl-ibħra madwar il-gżejjer Maltin fejn b’kollox inġabru 23 dokument. L-applikanti prospettivi għandhom sad-29 ta’ Novembru 2013 biex jissottomettu l-proposti tagħhom;
Dwar ir-reklmazzjoni tal-art nixtieq nistaqsi... il-Kap u l-viċi Kap tal-PN qegħdin jaqblu bejniethom?
MEPA
Deskritta mill-amministrazzjoni preċedenti bħala ‘il-monstru u n-nightmare mhux biss għall-kuntratturi iżda wkoll għall-familji’ – Dan kien miktub iswed fuq l-abjad fir-rapport tat-telfa elettorali tal-Partit Nazzjonalista.
Minbarra li writna dan il-monstru, miegħu writna wkoll dejn ta’ 28 miljun ewro.
Bdejna mill-ewwel naħdmu fuq diversi policies li ħabbarna matul dawn l-aħħar xhur ... ma’ dawn il-policies kellna diversi public consultations fosthom dik tal-local plans flimkien mal-ODZ policy li għaddejja bħalissa.
L-uffiċċju tiegħi għaddej b’ħidma kontinwa flimkien mal-MEPA biex sa l-ewwel kwart tas-sena d-dieħla jkollna aktar policies f’posthom sabiex dawn iwasslu għal żvilupp sostenibbli li jwassal għal tkabbir ekonomiku.
Fost il-policies li għaddejjin ħidma fuqhom hemm dawn:
• Floor Area Ratio
• Use Classes order
• Fuel Stations Policy
• Fireworks factory Policy
• Solar Farms Policy
• Cemeteries Policy
Liġi
Ma’ dawn għaddejja ħidma kontinwa biex minn hawn u ftit ta’ żmien ieħor inkunu nistgħu nħabbru l-liġi l-ġdida tal-MEPA. Nista’ ngħid illi it-team li qed jaħdem fuq din il-liġi għaddej b’ritmu tajjeb ħafna sabiex tkun lesta fl-iqsar żmien possibbli.
Ma’ dan ix-xogħol għaddejjin il-laqgħat ukoll dwar il-qasma fi ħdan il-MEPA, fejn l-Ippjanar u l-Ambjent se jkunu amministrati minn żewġ entitajiet differenti.
Waqt id-diskors tal-Budget tat-Tnejn filgħaxija, il-Kap tal-Oppożizzjoni ddeskriva l-MEPA bħala pupazz f’idejn il-Prim Ministru, minħabba l-obbligi politiċi tiegħu.
Minn hawn nistieden lil Dr Busuttil sabiex jissostanzja dak kollu li allega u jgħidilna fejn qed isir l-iżvilupp bl-addoċċ, fejn qed jara reklamazzjoni tal-art bl-addoċċ.
Forsi qiegħed jagħmel referenza għall-każ tal-proġett tal-Mistra, każ illi kont se noqgħod lura milli nitkellem fuqu, imma la darba ssemma minn diversi setturi allura nħossni kostrett li nagħmel referenza għal dan il-każ partikolari.
Il-Mistra kien hemm outline permit maħruġ taħt il-Gvern preċedenti illi rabat idejn il-board preżenti tal-MEPA u dan joħroġ saħansitra minn deċiżjonijiet fuq każijiet oħrajn quddiem it-tribunal u deċiżjonijiet ġudizzjarji oħra u li għalihom għamlet referenza l-avukata tal-iżviluppturi tal-Proġett tal-Mistra. Persuna li hija uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista.
X’riedu dawk li kkritikaw dik id-deċiżjoni?
Illi l-Board preżenti imur kontra l-pjan lokali eżistenti għal dik l-area? Li l-board preżenti jmur kontra l-outline permit maħruġ mill-board taħt Gvern Nazzjonalista? X’jistgħu jkunu l-konsegwenzi ta’ dan?
Il-MEPA, flimkien mal-Gvern preżenti jista’ jsib ruħu f’sitwazzjoni li jintalab iħallas id-danni talli dan il-proġett ma jinħariġlux il-full permit.
Tafu xi tfisser?
Li għal sena ma noħorġux il-pagi tal-ħaddiema fid-Dipartiment tas-Saħħa;
Inkella tista’ tfisser li ma noħorġux children’s allowance u old age pension għal sena;
Tfisser ukoll li għal sena ma nagħtux servizzi fl-Isptar Monte Carmeli u l-kura mentali, li l-isptar Boffa u l-kura tal-onkologija tieqaf, u li nwaqqfu l-kura primarja għal sena u li għal sena ma nibagħtux pazjenti Maltin għal kura barra minn Malta u lanqas inġibu speċjalisti barranin biex jikkuraw il-Maltin.
Nistieden ukoll lil Dr Simon Busuttil biex jekk jaf fejn ser jingħata l-permess għall-iżvilupp fl-ODZ jgħidilna.
Jien minn hawn nagħlaq biex ngħid illi aħna kommessi biex inkomplu naħdmu għall-ġid tal-familji tagħna biex Malta tkun tassew aktar b’saħħitha u aktar ġusta.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037