Left arrow Go Back

L-INTRODUZZJONI TAL-LIĠI TAL-UNJONI ĊIVILI HUWA PASS IEĦOR ’IL QUDDIEM FIL-QASAM TAD-DRITTIJIET ĊIVILI F’PAJJIŻNA

pr2251
Date Icon 14/10/2013

Illum il-Gvern qed jippubblika l-abbozz ta’ ligi tal-Unjoni Civili.  Dan ħabbritu l-Ministru Helena Dalli waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu.

Il-Ministru Dalli qalet li din il-liġi kienet wegħda elettorali tal-Partit Laburista u l-Gvern qed iressaq dan l-abbozz ta’ liġi kmieni fil-leġiżlatura biex jenfazizza l-impenn tiegħu li jipprovdi liġijiet li jirrispettaw id-diversità u jiggarantixxu l-ugwaljanza.

Dott. Dalli fakkret f’wegħda oħra li wettaq dan il-Gvern: dik li jwaqqaf Kunsill Konsultattiv sabiex jagħti pariri lill-Gvern dwar materji li għandhom impatt fuq il-komunità LGBT.  Dan il-kunsill twaqqaf fil-bidu nett tal-leġiżlatura u huwa kompost minn rappreżentanza tal-NGOs kollha li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet għall-persuni LGBT f’pajjiżna.  Il-Ministru Dalli qalet li “mhux biss waqqafna Kunsill Konsultattiv sabiex jagħtina l-pariri, iżda dan il-Kunsill kien hu li abbozza din il-liġi”.  Il-Ministru qalet ukoll li l-NGOs kollha qed japprovaw il-kontenut.

Il-Ministru Dalli tkellmet dwar il-bżonn ta’ din il-liġi u ddeskrivietha bħala kisba importanti fil-qasam tad-drittijiet ċivili f’pajjiżna.  Hi qalet li f’Marzu li għadda l-poplu Malti vvota għal soċjetà inklussiva u l-Gvern Laburista se jkun qed iħares id-drittijiet ta’ kulħadd. 

Filwaqt li talbet għal kunsens politiku fuq din il-kwistjoni, Dott. Dalli qalet li tixtieq tfakkar lill-politiċi kollha li huma għandhom id-dmir li jilleġiżlaw biex itejjbu l-ħajja tan-nies u jassiguraw li kulħadd ikun jista’ jgħix ħajja dinjituża.  Hi qalet li l-politiċi għandhom jilleġiżlaw skont ir-realtajiet li dejjem jevolvu fis-soċjetà.

Il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern huwa kommess, u ilu jaħdem sa mill-ewwel jiem tiegħu biex ineħħi d-diskriminazzjoni li teżisti abbażi tal-orjentazzjoni sesswali.

Il-liġi li qed titressaq mill-Gvern se tipprovdi biex min irid jidħol f’unjoni ċivili, ikollu l-istruttura legali biex jista’ jagħmel hekk.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow