Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032
Date Icon 27/11/2026

Fi Brussell, il-Prim Ministru Robert Abela pparteċipa f’diskussjonijiet intensivi waqt laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew li primarjament iffukat fuq il-Baġit fit-tul tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2028-2034.

 

Dr Abela beda b’laqgħa ta’ koordinament flimkien mal-Grupp Friends of Cohesion, 17-il Stat Membru li jqisu l-Politika ta’ Koeżjoni bħala prijorità. Matul il-laqgħa l-Istati Membri kkonfermaw mill-ġdid l-impenn komuni li filwaqt li jinstab finanzjament adegwat għal prioritajiet ġodda, għandu jkun assigurat li l-Politika ta’ Koeżjoni tibqa’ tkun ċentrali għall-futur tal-Unjoni Ewropea.

 

Aktar tard, fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru wassal il-pożizzjoni ta’ Malta b’reazzjoni għall-proposta riveduta li tressqet ’il quddiem mill-President tal-Kunsill Ewropew António Costa. Huwa rrikonoxxa li filwaqt li din il-proposta tindirizza numru ta’ punti ta’ tħassib, għad baqa’ aktar xogħol fuq bosta elementi oħra, inkluż fuq il-finanzjament tal-baġit, fejn iridu jsiru aktar sforzi sabiex jintlaħaq bilanċ u jinkiseb riżultat li jkun ġust.

 

Dr Abela semma wħud mill-prijoritajiet għal pajjiżna, fosthom is-settur marittimu, is-settur tal-avjazzjoni, is-settur tal-agrikoltura u dak tas-sajd. Huwa reġa’ enfasizza l-importanza ta’ finanzjament adegwat għall-Politika ta’ Koeżjoni li tippermetti lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jinvestu fost oħrajn fl-infrastruttura, il-ħiliet u jipparteċipaw bis-sħiħ fis-Suq Waħdieni. Il-Prim Ministru saħaq li l-Politika ta’ Koeżjoni u l-kompetittività huma kumplimentari sabiex jintlaħqu konverġenza u tkabbir sostenibbli madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

 

Il-Prim Ministru rrimarka wkoll fuq il-ħtieġa li jinżamm livell adegwat ta’ flessibbiltà nazzjonali fil-mod kif jintlaħqu l-miri Ewropej miftiehma, hekk kif kull Stat Membru għandu realtajiet u aspettattivi differenti.

 

“Kif għamilna mill-bidu ta’ dawn in-negozjati, pajjiżna ser jibqa’ jkun kostruttiv u kommess li nibqa’ naħdem bi spirtu kollaborattiv mal-President tal-Kunsill Ewropew sabiex insibu punti ta’ konverġenza li jwassluna għall-qbil. Ir-riżultat aħħari jrid ikun pakkett ġust u li jwieżen ir-realtajiet u l-abbiltajiet ta’ kull pajjiż, li fl-aħħar mill-aħħar, jissarraf fi prosperità għaċ-ċittadini u n-negozji tagħna,” tenna l-Prim Ministru Robert Abela.

 

Matul il-laqgħa, il-mexxejja ddiskutew ukoll l-aħħar żviluppi rigward l-Ukrajna, fejn b’mod preliminarju ddiskutew ukoll il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jingħata self addizzjonali li jkopri l-ħtiġijiet finanzjarji tal-Ukrajna. Din id-diskussjoni mistennija tkompli fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru.

 

Il-Prim Ministru attenda wkoll għal-laqgħa tas-Summit tal-Ewro li kien ukoll l-aħħar summit li għalih attendiet il-President tal-Bank Ċentrali Christine Lagarde. Matul din il-laqgħa ġiet diskussa s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja attwali tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll l-aħħar żviluppi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Il-mexxejja ddiskutew ukoll ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għat-tiġdid fit-tmexxija tal-Bank Ċentrali Ewropew, fejn ġie propost li Pablo Hernández de Cos ikun maħtur President, filwaqt li Laurence Boone and Markus K. Brunnermeier ikunu maħtura membri tal-Bord Eżekuttiv. Id-deċiżjoni finali mistennija tittieħed fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2026.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow