Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033
Date Icon 27/11/2026

Il-Gvern qed ikompli jaħdem biex isaħħaħ il-gvern lokali f’Malta, b’enfasi fuq governanza aktar effettiva, strutturi b’saħħithom, kapaċità amministrattiva u servizzi ta’ kwalità li jwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet tar-residenti.

 

F’dan il-kuntest, il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli, mexxiet delegazzjoni Maltija f’żjara ta’ ħidma f’Dublin, l-Irlanda, bil-għan li jiġu studjati l-esperjenzi u l-prattiċi Irlandiżi u jiġi esplorat kif dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-ħidma li għaddejja sabiex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-gvern lokali f’Malta.

 

Iż-żjara qed issir fi żmien importanti ħafna fl-Irlanda hekk kif bħalissa għaddej minn riforma estensiva tal-gvern lokali. Għaldaqstant, iż-żjara offriet opportunità f’waqtha biex id-delegazzjoni Maltija tifhem kif pajjiż ieħor qed javvanza bidliet sinifikanti f’dan il-qasam, u biex l-esperjenzi, l-isfidi u l-prattiċi li qed jiġu żviluppati fl-Irlanda jservu ta’ kontribut għall-ħidma kontinwa għat-tisħiħ tal-gvern lokali f’Malta.

 

Il-programm taż-żjara pprovda opportunità għal skambju dirett ma’ istituzzjonijiet, entitajiet u rappreżentanti tas-settur tal-Gvern Lokali fl-Irlanda. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq oqsma bħall-istrutturi u l-funzjonijiet tal-awtoritajiet lokali, il-finanzjament, it-tmexxija amministrattiva, ir-rwol tar-rappreżentanti eletti, kif ukoll il-mekkaniżmi ta’ governanza, skrutinju u responsabbiltà.

 

Il-Ministru Alison Zerafa Civelli saħqet li l-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ il-gvern lokali bħala livell ta’ governanza li għandu rwol importanti fil-ħajja ta’ kuljum tal-komunitajiet. “Irridu nkomplu nibnu gvern lokali aktar b’saħħtu, effettiv u qrib in-nies. Dan ifisser li nsaħħu l-istrutturi, il-kapaċità u l-għodod li għandhom il-kunsilli lokali, filwaqt li nkomplu nsaħħu l-governanza. Permezz ta’ żjarat bħal din nistgħu nitgħallmu mill-esperjenzi ta’ pajjiżi oħra u naraw x’jista’ jiġi adattat għar-realtajiet u l-ħtiġijiet ta’ Malta u Għawdex,” qalet il-Ministru.

 

Hija żiedet li l-esperjenzi u l-prattiċi osservati matul iż-żjara se jikkontribwixxu għall-ħidma kontinwa tal-Gvern sabiex il-gvern lokali jkollu strutturi aktar b’saħħithom u jkun f’pożizzjoni dejjem aħjar li jagħti servizzi effettivi u ta’ kwalità lill-komunitajiet.

 

Matul iż-żjara, id-delegazzjoni ltaqgħet mal-Ministru tal-Istat Irlandiż John Cummins u mas-Segretarjat tal-Local Democracy Taskforce, fejn ġew diskussi l-iżviluppi li għaddejja minnhom fl-Irlanda u l-pjan ta’ implimentazzjoni għall-2026-2029, kif ukoll il-prijoritajiet u l-miżuri maħsuba biex isaħħu l-gvern lokali.

 

Saru wkoll laqgħat mas-Sindku ta’ Dublin, mal-Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali Irlandiż (AILG) u mal-Assoċjazzjoni tal-Membri tal-Awtoritajiet Lokali (LAMA), fejn id-diskussjonijiet iffukaw fuq ir-rwol tar-rappreżentanti eletti, it-tmexxija lokali u r-rabta bejn il-livell lokali u l-komunitajiet li jirrappreżenta.

 

Id-delegazzjoni ltaqgħet ukoll mas-Servizz tal-Awditjar tal-Gvern Lokali (LGAS) u mal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Sorveljanza u l-Awditjar (NOAC), fejn ġew eżaminati l-mekkaniżmi ta’ skrutinju, l-indikaturi tal-prestazzjoni u r-responsabbiltà finanzjarja. Saru wkoll diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Maniġment tal-Awtoritajiet Lokali u l-Bliet (CCMA) u mal-Aġenzija għall-Maniġment tal-Gvern Lokali (LGMA), b’enfasi fuq it-tmexxija amministrattiva, il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u l-koordinazzjoni bejn il-livelli differenti tal-gvern.

 

L-esperjenzi u t-tagħlim miksuba minn din iż-żjara se jkomplu jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Gvern biex isaħħaħ il-Gvern Lokali f’Malta u Għawdex, b’istituzzjonijiet lokali aktar b’saħħithom, governanza effettiva, aktar kapaċità u servizzi li jkomplu jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tar-residenti.

 

Photos (MLGP)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow