IT-TNAQQIS TA L-EMISSJONIJIET MILL-KAROZZI U T-TRASPORT TA L-ISKART BIL-BAĦAR SE JIĠU DISKUSSA L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA F’LAQGĦA TAL-MINISTRI TA L-AMBJENT FIL-LUSSEMBURGU
Nhar it-Tnejn li ġej, il-Ministri tal-Ambjent fl-Unjoni Ewropea ser jiltaqgħu f’laqgħa formali tal-Ministri Ewropej fil-Lussemburgu sabiex jiddiskutu żewġ aspetti importanti għall-ambjent, l-emissjonijiet mill-karozzi u l-ġarr tal-iskart bil-baħar.
Ser jattendi għal din il-laqgħa l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat.
Fost is-suġġetti topiċi li ser jiġu trattati tul il-laqgħa tal-Ministri tal-Ambjent hemm it-tnaqqis ta l-emissjonijiet CO2 mill-karozzi u t-trasport ta l-iskart bil-baħar.
Mistennija wkoll diskussjoni dwar l-infrastruttura l-ħadra li permezz tagħha jistgħu jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ investiment mill-privat fl-oqsma tal-ambjent, permezz ta’ investiment f’teknoloġija ambjentali.
Ser ikunu diskussa l-aħħar tħejjijiet għall-COP 19 il-laqgħa li l-Ġnus Magħquda ser torganizza fuq it-tibdil fil-klima fuq livell dinji, x-xahar id-dieħel f’Varsavja l-Polonja.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032