Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr2222
Date Icon 10/10/2013

B'risposta għall-ittra uffiċjali magħmula minn Arton Capital illum stess, il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali jopponi bil-qawwa kollha għal dak li ġie allegat mill-istess korporazzjoni billi l-proċeduri skont it-termini tas-sejħa ġew segwiti u l-liġijiet domestiċi, kif ukoll liġijiet relatati tal-Unjoni Ewropea ġew imħarsa.

Illi r-regoli legali kollha ġew osservati għall-proċess ġust.

Arton Capital tefgħet l-applikazzjoni tagħha għal din is-sejħa. Din il-korporazzjoni ma ntgħażlitx billi akwistat inqas punti minn soċjetà oħra, wara li l-Kumitat ta' Evalwazzjoni eżamina kull bid, u dan dejjem skont il-kriterji u l-kundizzjonijiet kif spjegati fid-dokument tal-Public Service Concession.

L-istess Arton Capital appellat quddiem il-Bord tar-Reviżjoni. Il-Bord tar-Reviżjoni kkonċeda terminu ta' żmien sabiex kemm il-Ministeru, kif ukoll il-korporazzjoni jagħmlu s-sottimissjonijiet tagħhom u jippreżentaw id-dokumenti u l-provi li għandhom.

Il-Bord ta' Reviżjoni għadda sabiex tat sentenza, liema sentenza tispjega fid-dettall ir-raġunijiet għaliex l-appell ta' Arton  Capital  ma ntlaqax. Id-dokument jinsab fuq il-website tal-Ministeru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow