Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr2219
Date Icon 10/10/2013

L-iżviluppi li seħħew fil-Libja fl-aħħar siegħat qanqlu tħassib serju għall-Gvern tant li kien hemm ukoll kuntatti mal-awtoritajiet Libjani.

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta tkellem mal-ġurnalisti wara żjara fil-QP Management Office. Il-Prim Ministru, waqt li tenna li Malta tibqa’ qrib il-poplu Libjan, appella għal stabbilità u r-raġuni.

Ħabbar ukoll li qed jistenna li l-kabinett tal-ministri fil-Libja jagħmel kuntatt mal-gvern Malti dwar l-aħħar żviluppi fil-pajjiż.

Ċittadinanza Maltija

Dwar l-emendi proposti fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, il-Prim Ministru qal li l-emendi huma mod kif, l-istess bħalma għamlu l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Latvja, il-Portugall, Spanja u anke Singapore, Malta wkoll tattira investituri f’pajjiżna.

Wara l-ħruġ ta’ espressjoni ta’ interess, intgħazlet kumpannija internazzjonali sabiex tmexxi l-proċess, li permezz tiegħu, is-sena d-dieħla mistenni jrendi lill-pajjiż mat-tletin miljun Ewro. L-ewwel indikazzjonijiet juru li hemm interess qawwi u dawk li se japplikaw se jkunu suġġetti għal due diligence strett.

Dr Muscat qal li wara t-tnedija tal-Programm tal-Investitur Individwali se jitwaqqaf il-Fond għall-Izvilupp Nazzjonali sabiex parti mill-flus tal-Programm imorru għal baġit tal-gvern u parti fil-Fond. Il-ħsieb huwa li l-flus tal-Fond jigu investiti fi proġetti ġodda soċjali tal-gvern.

Mhemmx kuntratt ma’ Shiv Nair

Dwar il-każ ta’ Shiv Nair, il-Prim Ministru qal li ma jeżisti l-ebda tip ta’ kuntratt ma’ din il-persuna u ma sarx lanqas ħlas mill-gvern. Teżisti biss ittra ta’ ingaġġ, li qatt ma ġiet formalizzata b’kuntratt. Dr Muscat qal li l-gvern qatt ma kien jaf li din il-persuna kienet blacklisted anke jekk din l-istess persuna kienet importanti ferm u qdiet dmirha biex saret laqgħa f’livell għoli ħafna bejn il-Ministru Konrad Mizzi u l-Ministru taż-Żejt tal-Qatar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow