L-ISPEAKER TAL-PARLAMENT TA’ MALTA, L-ONOR. ANGLU FARRUGIA F’LAQGĦA MAL-ONOREVOLI OYTAY ASADOV, SPEAKER TAL-ASSEMBLEA LEĠIŻLATTIVA TAL-AZERBAIJAN
pr2218
10/10/2013
Kmieni dalgħodu ġewwa l-bini tal-Parlament tal-Azerbaijan, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ltaqa’ mal-Ispeaker tal-Assemblea Leġiżlattiva tal-Azerbaijan, Oytay Asadov.
Fost diversi temi, ġew diskussi r-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali tal-bieraħ kif ukoll il-ħidma tal-European Academy for Election Observation li għamlet xogħol ta’ moniteraġġ matul l-istess elezzjoni. Ġew esplorati wkoll x’possibilitajiet jeżistu biex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ Parlamenti wara t-twaqqif tal-Parliamentary Friendship Group bejn iż-żewġ Parlamenti.
Waqt din il-laqgħa bejn iż-żewġ Speakers kien preżenti wkoll l-Onor. Frederick Azzopardi, Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032