Left arrow Go Back

PROĠETT FIL-QASAM KULTURALI BI SFOND PARLAMENTARI BEJN MALTA U R-RUSSJA

pr2216
Date Icon 10/10/2013

Dalgħodu, delegazzjoni Parlamentari mill-Klabb Ewropew tal-Parlament Russu għamlet żjara ta’ kortesija lid-Deputat Speaker l-Onorevoli Ċensu Galea.  Id-delegazzjoni Russa, li ġiet akkompanjata għal laqgħa mill-Ambaxxatur Russu f’Malta, l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Boris Marchuk, tmexxiet mis-Sur Andrey Klimov, President tal-Klabb Ewropew, u li huwa wkoll Senatur u viċi president tal-Kumitat għall-Affarijiet Parlamentari tal-Assemblea Federali (Parlament) tal-Federazzjoni Russa.

Matul il-laqgħa mad-Deputat Speaker, il-mistednin Russi spjegaw kif kienu qed iżuru pajjiżna qabel xejn bħala turija tar-rabta mill-qrib li għandhom bejniethom iż-żewġ pajjiżi fejn igawdu minn relazzjonijiet bilaterali mill-aktar b’saħħithom.  Fl-istess waqt, kif qal s-Sur Klimov, xtaq li jinvolvi lil Malta fi proġett, li huwa qed isejjaħlu ‘Maratona tal-Karnival’, li l-Klabb Ewropew tal-Parlament Russu bi ħsiebu jtella’ f’Ġunju tas-sena d-dieħla għall-okkażjoni tas-Sena tal-Kultura fir-Russja.  L-għan tal-proġett huwa li tintwera l-għaqda bejn il-komunitajiet ċivili minn pajjiżi differenti permezz tal-kultura.  Il-proġett se jinbeda fil-belt ta’ Perm fir-Russja, jimxi għal Riga u għal Praga, jiġi Malta, u minn hawn imur Londra u jintemm f’Lisbona, mixja kulturali li tieħu mil-Lvant għall-Punent, u li taqsam mit-Tramuntana għan-Nofsinhar.  Hemm il-ħsieb li din l-attività ma tkunx biss ġemellaġġ bejn kulturi u artisti mill-pajjiżi li jieħdu sehem, iżda jkun hemm l-involviment attiv ta’ Membri Parlamentari li jiltaqgħu bejniethom sabiex jaqsmu ideat u fehmiet dwar kif jistgħu jersqu lejn xulxin aktar permezz tal-kultura.

L-Onorevoli Galea, filwaqt li radd ħajr lis-Sur Klimov u lid-delegazzjoni tiegħu talli ġew iżuru lill-Ispeaker fuq materja daqstant interessanti, faħħar l-inizjattiva li qed jieħdu l-Parlamentari Russi, u tenna li jaqbel perfettament mal-idea li l-kultura kienet settur li jista’ mhux biss jressaq lin-nies flimkien mill-aspett soċjali, iżda jista’ jkun ukoll għodda importanti fit-tħaddim tad-diplomazija parlamentari.  Id-Deputat SpeakerMaltiqal li huwa persważ li, minbarra l-awtoritajiet lokali direttament konċernati f’din l-inizjattiva,  il-Parlament Malti ukoll se jkun qiegħed jappoġġja u jgħin sabiex jassigura li dan il-proġett jirnexxi, u żgur li se jkun qed jagħti kontribut validu biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu biex Malta u r-Russja jersqu aktar lejn xulxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow