Left arrow Go Back

IMNEDIJA L-10 EDIZZJONI TAL-MALTA MILITARY TATTOO

pr2199
Date Icon 08/10/2013

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa tal-Italja, kienet imnedija l-10 edizzjoni tal-Malta Military Tattoo li din is-sena se tkun qed isir bejn it-12 u t-13 t’Ottubru 2013 fl-MFCC f’Ta’ Qali.

F’din l-edizzjoni se jkunu qed jipparteċipaw erba’ Baned Militari barranin li huma n-National Army Cadet Force Band tal-Ingilterra, il-Marktmuskkapelle Gamlitz tal-Awstrija, l-Emerald Isle Irish Dance Team mill-Irlanda u s-Southern Jacobites Pipes and Drums. Ma’ dawn mistennija jingħaqdu  l-Precision Drill Team tal-Pulizija flimkien mal-Banda tal-Korp tal-Pulizija, il-Banda tal-Forzi Armati kif ukoll bosta gruppi ta’ Scouts minn diversi lokalitajiet u rħula madwar il-pajjiż.

L-organizzatur ewlieni ta’ din l-attività s-Sur Alfred Busietta semma’ kif matul is-snin li għaddew, il-Malta Military Tattoo dejjem offriet sinerġija sħiħa ta’ talent lokali flimkien ma’ dak barrani, u rnexxielha tibni u tkabbar ir-reputazzjoni tagħha.

Is-Sur Leslie Vella f’isem l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qal li l-Awtorità tappoġġja attivitajiet ta’ din ix-xorta hekk kif dawn jgħinu biex pajjiżna jkun imfittex aktar f’dan il-perjodu ta’ staġjonalità għat-turiżmu Malti. Dan apparti l-fatt li jgħinu biex ikompli jikber il-kalendarju kulturali tagħna.

Fin-nuqqas tal-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella li ma setax jattendi minħabba impenji oħra, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu s-Sur John Borg semma’ kif Ottubru sar xahar sinonimu ma’ din l-attività fejn illum il-Malta Military Tattoo saret meqjusa bħala parti integrali mill-programm kulturali t’attivitajiet li jsiru f’Malta matul is-sena.

Huwa fisser kif din l-attività hija riflessjoni tal-patrimonju mużikali tagħna fejn iġġib fi tmiemu l-istaġun tal-festi u li fih il-baned mużikali jikkontribwixxu bil-kbir għat-tixrid tal-arti mużikali.

Intant l-ispettaklu se jkun jinkludi parati mill-Baned Militari mistiedna flimkien ma’ final bl-esekuzzjoni tal-‘Last Post’. Se jkunu qed jiġu interpretati wkoll is-siltiet ‘Amasing Grace’ bis-sehem tas-Sopran Marita Bezzina flimkien ma’ ‘Music’ bis-sehem tas-Sopran Rosabelle Bianchi.

L-attività tintemm bid-daqq tal-Innu Malti.

Iż-żewġ rappreżentazzjonijijet jibdew fis-6.00 P.M.

Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku www.maltamilitarytattoo.org

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow