Left arrow Go Back

MALTA TIPPROPONI LI L-EPPO JITWAQQAF B'MOD ALTERNATTIV

pr2191
Date Icon 07/10/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, l-Onor. Owen Bonnici sostna li t-twaqqif ta’ Uffiċċju ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) huwa żvilupp pożittiv għall-protezzjoni ta’ fondi Ewropej.  Biex dan l-EPPO jitwaqqaf b’suċċess, il-Gvern Malti jemmen li għandhom jiġu rispettati s-sistemi legali tal-pajjiżi Membri.

Huwa u jintervjeni waqt laqgħa formali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Ġustizzja), Dr Bonnici sostna li Malta hija fuq quddiem fil-ġlieda kontra frodi fir-rigward ta' interessi finanzjarji Ewropej.

Huwa sostna li l-EPPO jista’ jilħaq l-għan li għalih qed jiġi diskuss li jitwaqqaf, jekk jintuża mudell kulleggjali  bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u jiddaħħlu mekkaniżmi legali fl-Istati Membri  fejn l-EPPO jkun, pereżempju, jista’ jisfida (challenge procedure) fil-Qorti Nazzjonali deċiżjoni ta’ Stat Membru li ma jieħux passi kontra xi ħadd, bħalma diġà għandna maħsub fil-ligi Maltija.  B’dan il-mod jintlaħaq l-istess riżultat b'mod aktar faċli.

Matul il-laqgħa tal-Ministri kienu diversi l-Istati Membri li tkellmu favur mudell kulleġġjali.  Il-Kunsill qabel li jissoktaw diskussjonijiet fuq livell tekniku.

Waqt il-Kunsill komplew ukoll id-diskussjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data privata u il-ġlieda kontra l-flus foloz.  L-Istati Membri kellhom ukoll laqgħa mal-ministri tal-Istati Msieħba tal-Lvant bhala parti mill-preparamenti għas-summit ta' Vilnius li għalih ser jattendi l-Prim Ministru aktar tard ix-xahar id-dieħel.

Għal-laqgħa formali tal-Ministri tal-Ġustizzja attendiet ukoll ir-Rappreżentanta Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea l-Ambaxxatriċi Marlene Bonnici.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow