Left arrow Go Back

L-ANZJANI HUMA T-TEŻOR TA’ DAN IL-PAJJIŻ

pr2185
Date Icon 07/10/2013

L-anzjani huma t-teżor ta’ dan il-pajjiż. Qalet dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca waqt attività organizzata għall-anzjani li jattendu fiċ-ċentri ta’ matul il-jum fit-teatru tar-residenza ta’ San Vinċenz de Paul.

Il-Ministru Coleiro Preca sostniet li fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed jippubblika strateġija għall-anzjanità attiva. Hija spjegat kif l-anzjani għandhom ħafna x’jikkontribwixxu fis-soċjetà permezz tal-volontarjat.

L-Onor. Coleiro Preca elenkat għat-tisħiħ tas-servizzi fil-komunità biex kemm jista’ jkun l-anzjani jibqgħu integrati fil-komunitajiet. Għalhekk il-Gvern se jkun qed jiżviluppa ċ-Ċentri ta’ Riżorsi għall-Familja li huma parti mill-proġett ta’ soċjetà ġusta fejn anki l-anzjani jistgħu jirċievu servizzi t’għajnuna.

Il-Ministru rreferiet għall-statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li turi kif 21.4% tal-anzjani jinsabu fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. L-Onor. Coleiro Preca sostniet li l-Gvern mhux biss qed juri t-tħassib tiegħu iżda anki qed jindirizza bis-serjetà l-isfidi soċjali fosthom li l-pensjonijiet ikunu adegwati.

Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca tenniet kif il-Gvern huwa kommess li jagħti vuċi u viżibilità lill-anzjani biex ikunu l-anzjani stess li jressqu ’l quddiem l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow