STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI
Il-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali jordna searches regolari fil-Forensic Unit ta’ Mount Carmel wara li dawn qatt ma kienu jsiru.
Il-Ministeru tal-Intern ordna tfittxijiet regolari fuq ir-residenti tal-Forensic Unit fl-Isptar Monte Carmeli kif ukoll fuq dawk il-persuni li jiġu jarawhom. Dan wara li l-Ministeru kien informat li fil-Forensic Unit qatt ma kienu jsiru searches regolari.
Wara li nħarġu struzzjonijiet speċifiċi mid-direttur tal-operat fil-Facilità Korretiva ta’ Kordin, instabu sitta u ħamsin pillola seroqual li huma kalmanti fuq tifel li mar fil-Forensic Unit biex jara lill-missieru li hu detenut f’din it-taqsima.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin fuq dan il-każ filwaqt li infetħet inkjesta maġisterjali.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032