Left arrow Go Back

L-ISPEAKER IKOMPLI BIL-LAQGĦAT ĠEWWA FIRENZE

pr2168
Date Icon 05/10/2013

Matul il-jum tas-Sibt 5 t'Ottubru, komplew sensiela ta' laqgħat ma’ diversi kumpaniji li qed juru l-intenzjoni li jressqu l-investiment tagħhom lejn Malta.

L-ewwel laqgħa nżammet fil-kwartieri tal-bank Del Vecchio, bank li ilu miftuħ aktar minn mitt sena u huwa magħruf l-għaliex huwa bank Firenzjan privat.

Id-Direttur Ġenerali tal-Banco Del Vecchio, Vezio Manneschi wera l-apprezzament lejn id-delegazzjoni li akkumpanjat lill-iSpeaker, li laqgħet l-intenzjoni tal-bank li wera interess fil-possibilità li jiftaħ fergħa f'pajjiżna.

Aktar tard saru laqgħat oħra fosthom ma’ sidien ta' kumpanija fil-qasam tat-turiżmu.

Inżammet ukoll laqgħa oħra mal-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia, minn Direttur tal-kumpanija Mathema, li taħdem fil-qasam tal-IT. Alessandro Bellini spjega l-importanza u s-sigurtà li tħaddan is-sistema tal-electronic voting partikolarment għall-Maltin li jgħixu barra.

Aktar tard, inżammet laqgħa oħra mad-diretturi Tal-kumpanija CS33, Federico Bertolani u Jacopo Piccioli. Il-kumpanija tinsab f'diskussjonjiet mar-Russja, Guatemala biex tiftaħ l-uffiċini tagħha ta' relazzjonijiet professjonali Taljani taħt saqaf wieħed flimkien ma’ dawk tal-pajjiż rispettiv.  Il-kumpanija CS33 tul il-laqgħa, poġġiet l-interess tagħha li tressaq l-interessi tagħha wkoll f'Malta.

L-iSpeaker tenna li l-Associazione per il Commercio Italo Maltese li għadha kemm bdiet il-ħidma tagħha, uriet minnufih il-kapaċità tagħha permess tas-sensiela ta' laqgħat ta’ livell għoli u b'interess ekonomiku li jibbenefikaw minnu ż-żewgt pajjiżi ġirien, Malta u l-Italja.

Preżenti għall-laqgħat li nżammu mal-President tal-Kamra l-Onorevoli Anglu Farrugia, l-Ambaxxatriċi  Vanessa Frazier, is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Dr Antonio Pangallo u l-President, Dr Helga Fiori.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow