Left arrow Go Back

IL-GVERN SE JIPPUBLIKA L-PJAN IMMIRAT LI JNAQQAS ID-DEFICIT

pr2166
Date Icon 04/10/2013

Bi preparazzjoni għall-budget 2014, il-Gvern huwa fiduċjuż li jilħaq il-miri finanzjarji tiegħu. Waqt laqgħa mal-Assocjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jkun qed jippublika d-dokumenti li ntbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea meta Malta daħlet fi proċedura ta’ deficit eċċessiv minħabba t-tmexxija żbaljata ta’ amministrazzjoni preċedenti. Dawn id-dokumenti, li jinkludu fihom il-figuri fundamentali tal-budget ta’ pajjiżna, se jitpoġġew fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Finanzi. Dr Muscat qal li dan huwa sinjal qawwi ta’ trasparenza u, minkejja li jista’ jkun hemm bidliet fid-dokumenti wara negozjati mal-Kummissjoni Ewropea, jibgħat messaġġ ta’ fiduċja lill-ekonomija u lill-investituri barranin.

Il-Prim Ministru qal li, fil-budget li ġej, il-Gvern mhux se jipprova jintgħoġob ma’ kulħadd iżda se jippreżenta l-ewwel parti tal-programm elettorali tiegħu, li ngħata mandat mill-poplu, u li jinkludi qafas serju ta’ inizjattivi ppjanati li jżidu l-ġid, l-impjiegi u l-parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol. Dan filwaqt li titkompla l-ħidma biex jitneħħa x-xkiel burokratiku. Dr Muscat qal li l-Gvern bi ħsiebu jkompli jiltaqa’ b’mod regolari mal-imsieħba soċjali u flimkien magħhom jindirizza l-isfidi li jkollu quddiemu l-pajjiż.

Matul din il-laqgħa tħabbar ukoll li, bil-ħidma tal-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru Helena Dalli, nstabet soluzzjoni dwar il-fondi tas-soċjetà ċivili li kienu mwegħda mill-Gvern preċedenti iżda qatt ma kienu allokati fil-budget. B’hekk, l-għaqdiet ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem bil-programmi li kienu kkommottew ruħhom għalihom. 

Minn naħa tiegħu l-President tal-Assocjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem Arthur Muscat irringrazzja lill-Prim Ministru tal-kuntatt li qed iżomm mal-unions u l-għaqdiet ta’ min iħaddem. Qal li huwa importanti li l-imsieħba soċjali isibu Gvern li jikkolabora magħhom. Ħabbar li fil-jiem li ġejjin, l-Assoċjazzjoni se tkun qed tippublika l-proposti tagħha għall-budget 2014 immirati għat-tisħiħ tal-50,000 impjieg li tirrapreżenta b’mod dirett fis-settur privat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow