Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

pr2121
Date Icon 01/10/2013

Sostenn f’waqtu lil aktar familji

Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca illum ħabbret li dawk il-familji li jirċievu c-Children’s Allowance darba fis-sena kull Jannar, se jibdew jirċievu dan il-benefiċċju bħal kumplament tal-familji l-oħra, kull tlett xhur.

Dan ifisser li madwar 23,000 familja flimkien mas-17,500 familja oħra li bbenefikaw mill-bidla mħabbra tlett ġimgħat ilu, se jkunu qed jirċievu c-Children’s Allowance f’nofs Diċembru, minflok fl-ewwel Sibt ta’ Jannar.

Għaldaqsant, kull familja li għandha tfal taħt is-sittax-il sena se tibda tirċievi c-Children’s Allowance kull tlett xhur, jiġifieri f’Diċembru, Marzu, Ġunju u Settembru.

B’hekk ic-Children’s Allowance li normalment kien jingħata f’Jannar, issa se jintbagħat propju qabel żmien il-Milied u għandu jgħin lill-familji biex jilqgħu għall-ispejjeż li dan iż-żmien iġib miegħu.

Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li b’din il-bidla żgħira se nkunu qed ngħinu madwar 35,000 tifel u tifla oħra, ekwivalenti għal madwar 23,000 familja.

B’hekk, b’kollox, permezz ta’ dawn iż-żewg bidliet se jkunu qed jibbenfikaw aktar minn 60,000 tifel u tifla jew madwar 40,000 familja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow