Left arrow Go Back

“QED NAĦDMU BIEX IKOLLNA L-AKBAR FOLLA LI QATT RAT IL-BELT VALLETTA” – L-ONOR. JOSE’ HERRERA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI DWAR NOTTE BIANCA

pr2107
Date Icon 30/09/2013

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kultura u l-Gvern Lokali Jose’ Herrera qal li l-edizzjoni ta’ Notte Bianca ta’ din is-sena ser tkun akbar mis-soltu għaliex din ser tkun l-ewwel edizzjoni wara li l-Belt Valletta giet mgħotija t-titlu ta’ Belt Kulturali Ewropea għas-sena 2018. Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal dan waqt żjara li għamel fi Pjazza San Ġorġ fejn dak il-ħin grupp ta’ żgħażagħ bl-isem ta’ Maltese Motion kienu qed jipprattikaw il-parkour. Dan il-grupp ta’ żgħażagħ ser ikun qed jieħu sehem f’Notte Bianca ta’ din is-sena bħala parti mill-programm PJAZZAPAZZA. L-Orkestra Nazzjonali ukoll ser ikunu qed jagħtu s-sehem tagħhom fi Pjazza San Ġorġ, din id-darba b’performance mhux tas-soltu, qal is-Segretarju Parlamentari.

Dawn ser ikunu ftit mill-attivitajiet li ser jiġu organizzati f’Notte Bianca. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena b’kollox ser ikunu qed jagħtu s-sehem tagħhom mal-elf partiċipant f’mitt attività differenti.

Is-Segretarju Parlamentari qal li s-segretarjat immexxi minnu, li qed jieħu ħsieb in-Notte Bianca, qed jagħmel minn kollox biex l-għadd ta’ nies li jattendu n-Notte Bianca ta’ din is-sena jaqbeż dak li normalment jattendu għal din il-festa ta’ kultura. Dan għaliex fi kliem is-Segretarju Parlamentari, l-programm kulturali fl-edizzjoni ta’ din is-sena huwa ferm aktar iffukat b’potenzjal li jilħaq l-akbar firxa wiesgħa ta’ nies possibli.

Is-Segretarju Parlamentari fakkar f’żewġ inizjattivi li qed jittieħdu din is-sena biex din il-festa ta’ kultura tilħaq lil kulħadd. Huwa semma l-vapur għall-Ghawdxin bejn Għawdex u l-Port l-Kbir flimkien mal-mobile application bil-programm sħiħ u dettaljat tan-Notte Bianca. Huwa qal li din il-mobile application ser tkun tista’ titniżżel b’xejn minn kulħadd.

Preżenti ghall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm id-Direttur Artstiku Sean Buhagiar li spjega dak li għaddej bhalissa. Huwa radd ħajr lis-segretarjat responsabli mill-Kultura u l-Kunsilli Lokali tal-għajnuna li qed jagħti biex l-edizzjoni ta’ din is-sena tkun waħda suċċess. Huwa qal li l-edizzjoni ta’ din is-sena tinkludi għadd t’affarijiet ġodda bħal parkour fejn hawn ser naraw grupp ta’ żgħażagħ akrobatiċi li dak in-nhar tal-lejl imdawwal ser jegħlbu kwalunkwe tip ta’ sfida fi Pjazza San Ġorġ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow