Left arrow Go Back

ID-DIPARTIMENT TAD-DWANA GĦANDU JKOLLU BILANĊ BEJN L-INFURZAR TAR-REGOLAMENTI U BEJN LI JIFFAĊILITA L-KUMMERĊ - IL-MINISTRU GĦALL-FINANZI PROF. SCICLUNA F’JUM ID-DWANA

pr2101
Date Icon 28/09/2013

Il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru 2013, Malta ċċelebrat Jum id-Dwana, li mmarkat ukoll l-għeluq il-45 sena minn meta twaqqfet l-ewwel unjoni tad-dwana bejn il-membri stati tal-UE. Tradizzjonalment Jum id-Dwana jiġi mtella’ matul l-aħħar jiem ta’ Settembru.

F’diskors matul il-festa nhar il-Ġimgħa filgħaxija fil-Magazino Hall, il-Valletta Waterfront, il-Ministru għall-Finanzi Prof. Edward Scicluna enfasizza l-funzjoni importanti mwettqa mid-Dipartiment tad-Dwana.

Il-Prof. Scicluna qal li d-Dipartiment tad-Dwana huwa responsabbli għall-ħarsien kontra d-dħul ta’ prodotti u oġġetti illegali, li jirrappreżentaw periklu mhux biss għall-kummerċ lokali u Ewropew ġenwin, iżda Wkoll għas-saħħa tal-pubbliku u tal-konsumaturi.

Id-Dipartiment tad-Dwana għandu wkoll rwol ċentrali x’jilgħab fil-ġenerazzjoni tad-dħul tal-pajjiż. Servizzi pubbliċi varji jiddependu fuq dan id-dħul, li jinkludu l-edukazzjoni, is-saħħa u l-infrastruttura-is-servizzi kollha li dan il-Gvern huwa kapaċi joffri liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Il-Prof. Scicluna qal ukoll li dan l-irwol jeħtieġ viġilanza u dixxiplina mid-Dipartiment tad-Dwana, u kif ukoll l-infurzar effettiv biex ikun żgurat li d-dħul kollu dovut huwa miġbur, filwaqt li tiżgura wkoll li dawk il-mekkaniżmi maħsuba biex jiffaċilitaw il-kummerċ ma jiġux abbużati.

Il-Prof. Scicluna kompla jgħid li dan kollu mhux faċli, għax id-Dipartiment irid kontinwament joħloq bilanċ bejn il-faċilitazzjoni u l-inkoraġġiment tal-kummerċ,  filwaqt li fl-istess ħin jkun viġilanti u jinforza r-regolamenti kemm lokali u kif ukoll Ewropej, li jirregolaw dan is-settur. Huwa esprima fiduċja fid-Dipartiment li jkun kapaċi jwettaq il-funzjoni tiegħu b’mod effettiv.

Il-Prof. Scicluna innota li d-Dipartiment għandu importanza konsiderevoli minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta u l-faċilitajiet tagħha ta’ trasbord.

Huwa qal li meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2003, id-Dipartiment tad-Dwana kellu jirristruttura ruħu u jeħtieġ jkompli jagħmel hekk illum billi juża l-aħjar teknoloġija u proċessi ta’ valutazzjoni tar-riskju, u kollaborazzjoni eqreb ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi oħrajn.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum id-Dwana bdiet b’quddiesa, u wara kien hemm preżentazzjoni awdjoviżiva. Inagħtaw ukoll indirizzi qosra mill-Ministru Prof. Edward Scicluna u l-Kap tad-Dipartiment tad-Dwana is-Sur Joseph Brincat, u kkonkludiet bi preżentazzjoni ta’ tifkiriet lil dawk l-uffiċjali tad-Dwana li rtiraw matul il-perjodu tal-2011/2012.

Fost dawk il-ħaddiema rtirati tad-dwana kien hemm is-Sur Saviour Grima, is-Sur Alfred Grima, u s-Sur Victor Sant. Diversi rtirati oħrajn ma setgħux jattendu minħabba, fost oħrajn raġunijiet ta’ saħħa, u se jirċievu t-tifkira b’mod dirett. 

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena, id-Dipartiment tad-Dwana organizzat ukoll Blood Drive viċin Customs House fil-Belt nhar l-Erbgħa 25 ta’ Settembru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow