Left arrow Go Back

IL-FAQAR M’HUWIEX IL-KAWŻA IMMA L-EFFETT TAL-KAWŻA

pr2078
Date Icon 27/09/2013

Waqt seminar organizzat mill-General Workers’ Union bit-tema ‘Il-Faqar huwa l-mistħija mhux in-nies imġarrba!’, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-faqar m’huwiex il-kawża imma l-effett tal-kawża.

Spjegat kif din id-dikjarazzjoni ġiet espressa mill-Maltin u l-Għawdxin li tkellmu fil-laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika li saru b’rabta mat-tfassil tal-istrateġija kontra l-faqar.

Il-Ministru Coleiro Preca fissret in-nies li tkellmu bħala l-esperti tal-ħajja u kif propju kienu n-nies li l-Gvern sema’ minnhom sabiex qabel tibda sena skolastika oħra jirċievu l-pagament taċ-Children’s Allowance.

L-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-Gvern għaddej b’ħidma mhux fuq livell nazzjonali biss iżda anki fuq livell komunitarju.

Hawnhekk għamlet referenza għall-impenn elettorali li jkollna ċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja.

Hija żiedet tgħid kif il-kunċett ta’ dawn iċ-ċentri huwa ħolqa mill-proġett LEAP li l-Gvern qed jaħdem sabiex jiġi ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.

Il-Ministru Coleiro Preca semmiet kif fost il-miżuri oħra li se jkun qed jieħu l-Gvern sabiex jindirizza l-faqar hemm l-mod kif se jiġu inċentivati l-ommijiet li jrabbu waħidhom sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Hija saħqet li bix-xogħol nindirizzaw il-faqar u nassiguraw li ma jkollniex esklużjoni soċjali.

Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca elenkat kif dan il-Gvern għandu impenn elettorali sabiex jibni soċjetà ġusta kif ukoll obbligu morali li b’azzjonijiet f’waqthom jagħti l-wens lill-persuni vulnerabbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow