Left arrow Go Back

LAQGĦA MAL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA: DISKUSSA L-POSSIBILITÀ TA’ KREMATORJU

pr2068
Date Icon 27/09/2013

Waqt laqgħa kordjali li saret nhar il-Erbgħa 25 ta’ Settembru flimkien mal-Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni tal-Proċess Amministrattiv l-Onorevoli Michael Farrugia ddiskuta mal-Eċċ. Tiegħu ħwejjeġ relatati bejn Stat u Knisja u li jaqgħu fir-responsabilità tal-uffiċċju ta’ Michael Farrugia.

Huma qablu li huwa fl-interess taż-żewġ naħat li l-ħidma relatata mal-Joint Office għandha titħaffef. L-Onorevoli Michael Farrugia stqarr li hija x-xewqa tiegħu li ħafna problemi li tħallew jakkumulaw għal snin twal u li jidher li bir-ritmu preżenti se jieħdu ħmistax-il sena biex jitlestew, għandhom jiġu riżolti ferm qabel fl-interess tal-poplu u l-knisja. B’hekk tkun konkluża u magħrufa x’inhi l-propjetà kollha li għaddiet min-naħa tal-knisja lejn l-istat Malti.

Waqt l-istess laqgħa l-Onorevoli Michael Farrugia qal illi l-MEPA qiegħda fi proċess li toħroġ policy li tirregola ċ-ċimiterji f’pajjiżna. Huwa tkellem ukoll dwar l-idea ta’ introduzzjoni ta’ krematroju, xi ħaġa li kienet issemiet b’mod pożittiv fi żmien Gvern Laburista fl-1998 meta l-Onorevoli Michael Farrugia kien Ministru tas-Saħħa.

Min-naħa tal-knisja wrew li mil-lat reliġjuż ma jsibu xejn kontra din l-idea, anzi jħossu illi għandha tkun deċiżjoni personali tal-individwu, basta jimxi skont it-tagħlim reliġjuż.  

Punt ieħor imqanqal kien jikkonċerna l-MEPA fejn iż-żewġ naħat stqarru li għandu jerġa’ jibda  l-proċess ta’ laqgħat dwar l-iskedar ta’ proprjetajiet reliġjużi madwar Malta u Għawdex li kien għamel Gvern preċendenti fuq numru ta’ knejjes. Hawn, l-Onorevoli Michael Farrugia wiegħed li fl-istess jum kien fi ħsiebu jitkellem mal-Uffiċjali tal-MEPA sabiex dawn il-laqgħat jissoktaw fuq il-parametri miftehma, filwaqt li flimkien jaħdmu sabiex jitħares il-Patrimonju li jinsab fil-knejjes ta’ pajjiżna.

Il-laqgħa saret fil-Kurja tal-Furjana u għaliha attendew ukoll l-E.T. Mons Charles J. Scicluna, Vigarju Ġenerali, Mons. Anton Gouder u s-Sur Ray Bonnici.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow