Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MEUSAC DWAR IL-FOND TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI

pr2064
Date Icon 27/09/2013

L-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista l-bieraħ, jinjora l-fatti li ssemmew mill-Kap tal-MEUSAC, Dott. Vanni Xuereb, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret il-bieraħ dwar il-Fond għas-Soċjetà Ċivili. L-istqarrija tonqos mill taghmel referenza għall-fatt li l-problema dwar is-sostenibilità tal-Fond bdew meta fl-2012, il-vot tal-MEUSAC kien tnaqqas bi 18% minn €1,100,000 fl-2011, għal €900,000 fl-2012.  Riżultat ta’ dan, il-MEUSAC ma kienx f’pożizzjoni li joħroġ is-sejħa għall-għaqdiet kif għamel fis-snin ta’ qabel. Minħabba li din is-sena reġa’ tnaqqas il-vot tal-MEUSAC - tnaqqis ta’ €100,000 - il-MEUSAC bħalissa lanqas mhuwa f’pożizzjoni finanzjarja li joħroġ l-allokazzjoni lill-UĦM, il-GRTU, il-GWU u l-MEA. Kif intqal mill-Kap tal-MEUSAC waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar l-allokazzjoni lil dawn l-erba’ enitajiet u għaddejjin taħdidiet interministerjali f’dan ir-rigward.

Filwaqt li huwa minnu li f’Marzu li għadda ġie ffirmat ftehim ġdid bejn il-MEUSAC u l-Kummissjoni Ewropea u li permezz tiegħu l-MEUSAC kien ser jingħata €250,000 fis-sena għal erba’ snin, kif spjega l-Kap tal-MEUSAC il-bieraħ, ftit wara li ġie ffirmat il-ftehim ġdid, il-Kummissjoni Ewropea infurmat lill-MEUSAC li minħabba t-tnaqqis fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu finanzjarju l-ġdid 2014-2020, il-Kummissjoni unilateralment ħadet deċiżjoni li mill-2014 twaqqaf dan il-ftehim fl-iStati Membri kollha ieħor fejn jeżisti Management Partnership ta’ dan it-tip.

Kuntrarju għal dak li ssemma fl-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista, minn Marzu li għadda ma kien hemm ebda żieda fl-istaff compliment tal-MEUSAC u l-proċess għall-ingaġġ ta’ ħaddiema li għaddej bhalissa mhuwiex għall-ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda iżda biex jimtlew postijiet li tbattlu matul l-aħħar 10 xhur. B'hekk, il-MEUSAC ikun jista’ jkompli joffri u jsaħħaħ is-servizzi lill-korpi kostitwiti u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) kemm biex japplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll biex ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom fil-proċess ta’ konsultazzjoni li jseħħ permezz tal-MEUSAC dwar liġijiet u politiki ġodda fl-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow