IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA MA’ SENATURI FRANĊIŻI
Impenjati li nindirizzaw id-defiċit ambjentali daqs dak finanzjarju
Waqt laqgħa li kellu dalgħodu ma’ delegazzjoni mis-Senat Franċiz komposta mis-Senatur Philippe Darniche, mis-Senatur Charles Revet u minn Beatrice Geraudel akkumpanjati wkoll mill-Ambaxxatur Franċiz għall-Malta Michel Vandepoorter, il-Ministru Leo Brincat qal li pajjiżna jinsab impenjat li jindirizza d-defiċit ambjentali daqs dak finanzjarju, filwaqt li jkompli jirranka fil-ħidma tiegħu favur t-tkabbir ekonomiku.
Il-Ministru Leo Brincat qal li l-istess kif pajjiżna tul is-snin kien wera impenn u appoġġ għall-Millennium Development Goals tal-Gnus Magħquda, daqstant ieħor issa huwa impenjat li jappoġġja l-mixja tal-Gnus Magħquda favur miri oħra li għandha li huma s-Sustainable Development Goals, dan filwaqt li awgura li fil-ġejjieni qrib jintlaħaq ukoll qbil dwarhom.
Huwa qal li l-Gvern Malti qed jistenna b’interess li jifli u jistudja r-rapport dwar it-tibdil fil-klima mħejji minn grupp ta’ xjentisti ewlenin minn madwar id-dinja u li se jinħareġ lejn tmiem il-ġimgħa mill-Intergovernmental Panel on Climate Change li l-Ġnus Maqgħuda kienet waqfet fl-1988. Dan aktar u aktar billi studju simili ilu ma jsir sitt snin sħaħ.
Il-Ministru Brincat tkellem dwar il-ħidma li għaddejja bħalissa fil-Ministeru tiegħu fuq il-pjan u l-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart, fuq it-twaqqif ta’ Awtorità ġdida tal-Ambjent, fuq l-implimentazzjoni tal-Politika Nazzjonali dwar l-Ambjent u kif ukoll il-ħidma li għaddejja ma’ Ministeri oħra għat-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni dwar il-Green Jobs.
Huwa rrefera għall-kampanja intensiva li l-Ministeru tiegħu kien għaddej biha favur il-promozzjoni ta’ arja aktar nadifa u dan sabiex titqajjem kuxjenza akbar dwar din il-problema.
Qal li jixtieq li l-mixja lejn arja aktar nadifa, li hija kwistjoni ċentrali fil-program tal-Gvern, tkun il-pern ta’ bosta aspetti oħra marbuta mat-twaqqif ta’ Awtorità ġdida tal-Ambjent u tar-Riżorsi. U dan b’konformità mal-mandat elettorali li kiseb dan il-Gvern biex il-problemi u l-isfidi fil-qasam ambjentali jiġu indirizzati b’serjetà u b’impenn temm jgħid il-Ministru Brincat.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032