Left arrow Go Back

MALTA U R-RUSSJA JAQBLU FUQ AKTAR RABTIET EKONOMIĊI BEJNIETHOM

pr2035
Date Icon 25/09/2013

Ir-Russja hija waħda mill-imsieħba strateġiċi li Malta trid taħdem magħhom fuq livell politiku u ekonomiku. Fuq l-aġenda bejn iż-żewġ pajjiżi hemm fost oħrajn ir-ratifika tal-ftehim dwar it-tneħħija tat-tassazzjoni doppja, il-ġlieda konġunta kontra l-kriminalità organizzata u qbil bilaterali dwar l-adozzjonijiet.

Waqt laqgħa mal-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin Sergey Lavrov fi New York, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-politika barranija tal-Gvern Malti tmur lil hinn mill-politika interna tal-Unjoni Ewropea. Spjega li huwa l-ħsieb ta’ Malta li mill-iktar fis possibbli tiżviluppa rabta iktar b’saħħitha mar-Russja biex flimkien jaħdmu għal aktar ħolqien tax-xogħol. Għal din il-laqgħa attenda wkoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr. George Vella, li huwa parti mid-delegazzjoni Maltija fi New York.

Il-Ministru Russu qal li pajjiżu jrid iżid il-kollaborazzjoni ma’ Malta għaliex hemm opportunitajiet tajbin ta’ negozju bejn iż-żewġ naħat. Fil-fatt Sergey Lavrov ippropona li jibdew isiru laqgħat bilaterali b’mod regolari mhux biss fl-ambaxxati rispettivi iżda anke fil-Ġnus Maqgħuda u fi Brussell.

Lavrov ippropona wkoll li ssir laqgħa bejn il-Malta Enterprise u l-Kamra tal-Kummerċ Russa bil-għan li jaslu għal arranġament ta’ koperazzjoni kontinwa.

Intant, fuq stedina tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin qal li rappreżentant tal-Gvern se jkun qed iżur Malta fiż-żmien li ġej bħala l-ewwel okkażjoni biex ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jingħataw spinta ’l quddiem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow