IS-SITWAZZJONI FL-EĠITTU DISKUSSA MAL-PRIM MINISTRU MALTI
pr2029
24/09/2013
Laqgħa bilaterali oħra fi New York saret bejn Malta u l-Eġittu. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ingħata rendikont dwar l-aħħar avvenimenti f'dan il-pajjiż fl-Afrika ta' Fuq mill-Ministru Eġizzjan għall-Affarijiet Barranin Nabil Fahmy.
Fahmy qal li l-isfidi fl-Eġittu huma kbar f'dan il-perjodu ta' transizzjoni iżda esprima l-fiduċja tiegħu li l-pajjiż se jasal għas-suċċess mixtieq.
Dr Muscat awgura li dan il-proċess politiku jitwettaq bl-aħjar mod possibbli għaliex l-istabbilità fl-Eġittu hija kruċjali għall-Mediterran. Filwaqt li qal li Malta taqsam it-tħassib internazzjonali dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu, il-Prim Ministru qal li Malta tqis lil dan il-pajjiż bħala ħabib fdat u sieħeb importanti.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032