Left arrow Go Back

IL-KUMITATI REĠJONALI SER JIĠU MISTIEDNA JIPPROPONU SITI GĦALL-JOGGING TRACKS

pr2020
Date Icon 23/09/2013

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Kumitati Reġjonali ser jiġu mistiedna jipproponu siti fejn jistgħu jsiru jogging tracks. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo meta kien qed jitkellem waqt Sport Fest li kienet organizzata mir-Reġjun tan-Nofsinhar.

Huwa qal li l-Kunsilli Lokali jridu jkunu parteċipi attivi fil-ġlieda kontra l-obeżità. Il-Ġlieda kontra l-obeżità trid issir mhux biex pajjiżna jiffranka l-flus mill-qasam tas-saħħa imma għax pajjiżna jrid ikollu soċjetà b’saħħitha fiżikament u mentalment.

Ir-Reġjun tan-Nofsinhar organizza Sports Fest għan-nurseries tal-Futbol tal-erbatax-il lokalità - (Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Gudja, Ħamrun, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Mqabba, Ħal Qormi, Qrendi, Ħal Safi, Santa Luċija, Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Żurrieq) - li jagħmlu parti minn dan l-istess Reġjun.

L-erbatax-il nursery li ħadu sehem ipparteċipaw bi tfal li twieldu bejn l-2003 u l-2004  (tfal ta’ bejn disa’ u ħdax-il sena). B’kollox ħadu sehem mat-300 tifel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow