Left arrow Go Back

LAQĦAT POŻITTIVI MAL-BDIEWA

PR2015
Date Icon 23/09/2013

Il-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes, kellu laqgħat pożittivi mal-bdiewa li jkabbru t-tadam għall-ipproċessar u mal-għaqdiet tagħhom kif ukoll mal-proċessuri tal-industrija tat-tadam. Dawn il-laqgħat saru f’San Pawl il-Baħar f’Malta għall-Bdiewa Maltin u saret laqgħa wkoll f’Għawdex għall-membri tal-għaqda produtturi Għawdxija.

Kien ta’ sodisfazzjon li din is-sena minkejja li kellna produzzjoni ta’ iktar minn  20% tas-sena li għaddiet u lħaqna produzzjoni ta’ ’l fuq minn 7,500 tunnellata, il-produzzjoni tat-tadam kollha ittieħdet għall-għasir.

Il-producer organisations tat-tadam għall-ipproċessar urew sodisfazzjon li bil-miżuri mħabbra fil-bidu tal-istaġun mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, il-bdiewa membri tagħhom ġew imħajra ikabbru l-produzzjoni tat-tadam biex b’hekk dan is-settur hekk importanti għall-biedja Maltija ikompli jikber u jissaħħaħ.

Dawn il-miżuri jkomplu fis-seħħ mistennija li jkomplu għall-istaġuni li ġejja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow