Left arrow Go Back

JITĦABBRU T-TNAX-IL REBBIEĦ TAL-KOMPETIZZJONI TAL-ARTI ‘NINGĦAQDU KONTRA L-FAQAR, BL-ARTI U L-KULTURA’

PR2014
Date Icon 23/09/2013

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jħabbar it-tnax-il rebbieħ tal-kompetizzjoni tal-arti li saret bejn id-9 u t-13 ta’ Settembru 2013, waqt il-ġimgħa t’attivitajiet bit-tema ‘Ningħaqdu Kontra l-Faqar, bl-arti u l-kultura’.

F’din il-kompetizzjoni t-tfal kellhom l-opportunità jwasslu l-ħsieb tagħhom dwar il-faqar permezz tal-arti.

Ir-rebbieħa huma Maria Agius, Francesca Attard, Matthew Bonello, Daniel Calleja, Beran Caruana, Kirsty Caruana, Mark Ciantar, Christian Chircop, Martina Falzon, Philip Taliana, Andrelisa Vella u Jessica Zammit.

It-tnax it-tpinġija li ntgħażlu minn ġurija apposta se jkunu parti minn kalendarju li se joħroġ il-Ministeru għas-sena li ġejja.

Kienu 92 tifel u tifla li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni tal-arti u li kollha ġew preżentati b’ċertifikat ta’ parteċipazzjoni mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca u minn mart l-Prim Ministru, s-Sinjura Michelle Muscat.

Il-Ministeru jinnota b’sodizfazzjon l-livell għoli li kien hemm fil-kompetizzjoni u kif id-diskussjoni dwar temi soċjali waslet għal aktar tixrid tal-arti u l-kultura f’pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow