Left arrow Go Back

IL-CAR FREE DAY: IMPENN FAVUR IL-BIDLA U L-KOMUNITA'

pr2011
Date Icon 22/09/2013

Dalghodu f’Pembroke l-Ministru ghall-Izvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat iltaqa’ mal-partecipanti tal-walkathon organizzata mill-INSPIRE f’okkazjoni tal-Car Free Day.


Huwa qal li s-success tal-Car Free Day huwa marbut ma’ kull partecipant u huwa dovut lil kull min ta sehmu mhux biss fil-jum innifsu jzda wkoll fit-thejjijiet li kienu ilhom ghaddejjin.


Il-Car Free Day hija attivita’ simbolika li ghandha jsservi biex ikun hawn aktar kuxjenza ghall-uzu aktar sensibbli tal-karozzi biex innaqqsu l-impatt fuq l-kwalita' tal-arja.


Il-Ministru Leo Brincat qal li kull Kunsill Lokali u kull NGO li hadu sehem thallew hielsa ghal kollox li juzaw l-immaniginazzjoni u l-kreattivita’ taghhom biex direttament jew indirettament iwasslu messagg favur il-bzonn li jkollna arja nadifa billi nuzaw anqas mezzi ta’ trasport li jniggzu.


Huwa radd hajr lill-Kunsilli Lokali u l-NGOs li hadu sehem ghaliex l-impenn taghhom intwera car fl-ideat li mbuttaw ‘il quddiem. Qal li kull min ta kontribut biex dan il-jum jirnexxi qed jibghat sinjal car b’ghemilu ta’ rieda favur il-bidla fl-attitudni, fil-hsieb u fl-impenn taghna lkoll biex bhala pajjiz, bhala poplu u bhala Gvern inbiddlu drawwietna favur l-ambjent u l-arja nadifa.


Il-Ministru Brincat qal li qed jintbghat ukoll sinjal lill-awtoritajiet madwar id-dinja li mhijiex ghazla aktar accettabbli li kollox jibqa l-istess fost ohrajn fil-qasam tat-trasport. Qal li japprezza l-isforzi li qeghdin isiru minn diversi entitatijiet biex dan il-hsieb jinghata spinta u hajja gdida.


Fost l-inizjattivi mtellgha mill-Kunsilli Lokali u l-NGOs bhala parti mill-Car Free Day hemm kompetizzjoni tal-fotografija dwar l-esperjenzi differenti tan-nies fl-uzu tat-trasport pubbliku u mezzi ohra li ma jniggzux, fun run, mixjiet u dawriet bir-roti u l-uzu tad-dghajsa tal-pass u f’xi lokalijiet diskussjonijiet ghar-residenti dwar il-kwalita’ tal-arja u l-effetti fuq is-sahha tal-bniedem.


B’kollox huma 10 l-Kunsilli Lokali li qed jippartecipaw fil-Car Free Day - Santa Venera, Dingli, Kalkara, Mellieha, Ghajnsielem, Lija, Floriana, Fgura, Attard , Birgu. Flimkien maghhom hemm 5 NGOs – Bicycling Advocacy Group, Friends of the Earth, l-Oratorju ta’ Don Bosco, Anici Band Club u l-INSPIRE.


Fil-Car Free Day tard wara nofsinhar Transport Malta se torganizza Bicycle Rodeo – dawra bir-roti li titlaq minn Wied il-Ghajn, fejn lit-tfal se jitqassmulhom ukoll xi rigali inkluz materjal informattiv.


Din is-sena l-Car Free Day kienet wahda minn numru ta’ attivitajiet li l-Ministeru ghall-Izvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima flimkien ma’ Ministeri u entitajiet ohra organizza tul ix-xahar ta’ Settembru favur kwalita’ ahjar tal-arja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow