Left arrow Go Back

ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-VIĊI PRIM MINISTRU TAR-RUMANIJA, GABRIEL OPREA

PR1972
Date Icon 18/09/2013

Fl-aħħar laqgħa uffiċjali tad-delegazzjoni tal-Parlament Malti fir-Rumanija, mmexxija mill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, tqajjem il-punt għad-diskussjoni tal-qbil li kien sar mir-Rumanija li jittieħdu 10 rifuġjati minn Malta f’ġest ta’ solidarjetà ma’ Malta fil-problema li qed tiffaċċja ta’ immigrazzjoni irregolari lejn pajjiżna.

L-Ispeaker Malti, filwaqt li irringrazzja lill-gvern Rumen tal-offerta li kien għamel, fakkar li meta dan il-ftehim jiġi attwat ikun qed jintbagħat messaġġ qawwi lill-pajjiżi stati membri oħrajn tal-Unjoni.  Meta pajjiż relattivament ċkejken bħar-Rumanija, fil-limitazzjonijiet li għandu, xorta iħossu obbligat li jagħti kelma lil pajjiż ħabib bħal Malta biex itaffi l-problema li għandna, ikun ta’ eżempju tanġibbli għal pajjizi oħrajn li huma ferm akbar ta’ kif għandha titwettaq is-solidarjetà.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow