Left arrow Go Back

JITĦABBRU L-MIŻURI TAL-PROGRAMM TAL-E.U. “LEADER”

pr1967
Date Icon 17/09/2013

Dalgħodu saret it-tnedija ta’ miżuri ġodda tal-programm “LEADER” li qed jibbenefikaw minnu t-tliet GALs, dak tax-Xlokk, tal-Majjistral u ta’ Għawdex. Hekk kif spjega s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes, l-għan ta’ dan il-programm hu li jgħin fl-iżvilupp tal-lokalitajiet.

Il-Miżuri li tħabbru llum mil-Leisure Centre ta’ Ħal Għaxaq huma kollha mmirati biex jgħinu kull settur fil-lokalitajiet rispettivi. Dan il-Leisure Centre huwa wieħed mill-proġetti li tlesta grazzi għal fondi mill-Miżura

L-Onor. Galdes spjega li bħala parti mill-programm tal-iżvilupp rurali għal Malta (2007-2013) ġie introdott kunċett innovattiv ġdid imsejjaħ “LEADER”. Il-kelma “LEADER” hija terminu użat sabiex jiddeskrivi dan il-metodu speċjali li permezz tiegħu jista’ jsir żvilupp fuq bażi lokali taż-żoni rurali. Din l-inizjattiva tinkorpora azzjonijiet li jikkontribwixxu għal titjib fl-ekonomija rurali.

Il-metodu “LEADER” jiffoka billi jgħati awtonomija u responsabilit` lill-komunità rurali sabiex jiżvilluppaw strateġija fuq bażi lokali li tinkludi l-identifikkazzjoni tal-prijoritajiet tat-territorju kif ukoll dawk l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex ikunu indirizzati l-bżonnijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali. Dan kollhu jwassal għal tkabbir fl-ekonomija, żieda fl-impjiegi u għarfien u apprezzament aħjar tal-importanza agrikola mill-pubbliku.

Din l-istrateġija hija implimentata minn dak li jissejaħ Grupp ta’ Azzjoni Lokali (GAL) li huwa iffurmat minn entitajiet lokali fosthom kumpaniji, NGOs, koperattivi tal-bdiewa, artiġjanat, eċċ.,  kif ukoll kunsilli lokali.

Matul dan il-programm dawn it-tliet GALs ha jkunu ħarġu numru ta’ miżuri għall-valur ta 7 Miljun ewro.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow