Left arrow Go Back

L-EDUKAZZJONI TGĦAQQAD IL-PASSAT MAL-PREŻENT SABIEX TITWITTA T-TRIQ GĦALL-ĠEJJIENI

pr1961
Date Icon 17/09/2013

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, bħalissa qed imexxi delegazzjoni parlamentari fir-Rumanija fuq stedina uffiċjali li saritlu mill-President tal-Parlament Rumen Valeriu Stefan Zgonea.  L-Ispeaker Malti jinsab akkumpanjat miż-żewġ Whips Parlamentari, l-Onorevoli Carmelo Abela u l-Onorevoli David Agius.

Fl-ewwel jum taż-żjara tad-delegazzjoni Maltija f’Bucharest, li kkoinċidiet mal-ftuħ tas-sena skolastika Rumena, l-Ispeaker Anġlu Farrugia indirizza separatament żewġ gruppi ta’ studenti Rumeni li jattendu l-iskola primarja Dumitru Hera fi Prahova, u l-Kulleġġ Nazzjonali għal studenti żgħażagħ Mihai Viteazul.  Fiż-żewġ diskorsi tiegħu, l-Ispeaker Farrugia enfasizza fuq l-importanza tal-edukazzjoni, u sostna li t-tagħlim fil-ħajja huwa dak li jgħaqqad il-passat mal-preżent biex iwitti t-triq għall-ġejjieni.  “Għalhekk, l-edukazzjoni nqisha bħaż-żejt li jippermetti li l-magna tas-soċjetà tibqa’ taħdem tajjeb,” qal l-Ispeaker Malti lill-istudenti miġburin fil-bitħa tal-istituzzjonijiet edukattivi li huwa żar.

Filwaqt li awguralhom suċċess fl-istudji tagħhom għal tul is-sena skolastika li għandhom quddiemhom, l-Onorevoli Farrugia tenna li l-ġenerazzjonijiet żagħżugħa tal-lum għandhom ikomplu fuq dak kolli li nkiseb mill-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom.  Għalhekk, l-istudju u l-ħidma ta’ dawn l-istudenti se tkun tista’ tissarraf f’soċjetà aħjar għal għada, u allura jingħata kontribut aqwa għal li ġej minn dak li l-ġenerazzjoni preżenti qed tirċievi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow