Left arrow Go Back

IL-PRIVATIZAZZJONI TAL-PORT ĦIELES HI STORJA KONTINWA TA’ SUĊĊESS

pr1277
Date Icon 23/07/2009
Investiment ta’ €24.5 miljunmill-Malta Freeport Terminals
B’investiment ta’ €24.5miljun il-Malta Freeport Terminals issa huwa aktar kompetittiv ma’ portijiet oħra fl-Ewropa għax hu l-ewwel terminal li investa f’erba’  krejnijiet ta’ dan it-tip. Dawn jinsabu f’Terminal 2 fuq in-North Quay.
Dan l-investiment ta’ kwazi€25 miljun se jwassal biex l-Port Ħieles ikun aktar effiċjenti u b’hekk jattira aktar kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija biex jagħmlu l-waqfiet tagħhom f’Malta.
Dawn il-krejnijiet għandhomkapaċità li jerfgħu 80 tunnellata f’daqqa. L-outreach tagħhom hi ta’ 65.5 metri u jistgħu jaħdmu fuq vapuri li fil-wisa’ tagħhom iġorru 23 kontejner. L-għoli ta’ kull krejn hu ta’ 43 metri u t-toqol tal-istruttura tagħhom hu ta’ 1,750 tunnellata.
Waqt żjara li għamel fuqil-post, il-Ministru Austin Gatt faħħar dan l-investiment għax issa qed jidher ċar kemm kien għaqli l-Gvern li pprivatizza l-Port Ħieles fl-2004.
Parti mill-ftehim li kien sarbejn il-Gvern Malti u l-Malta Freeport Terminals kienet tobbliga lis-CMA CGM biex tkompli bil-proġetti inftrastrutturali li jkabbru l-potenzjal tal-Port Ħieles.
Mill-Privatizazzjonif’Ottubru tal-2004 ‘l hawn, l-Malta Freeport Terminals investiet €92.3 miljun f’tagħmir u fl-infrastruttura ta’ mollijiet ġodda. L-investiment se jkompli jiżdied għal €145.5 miljun.
Fl-istess perijodu,l-immaniġġjar ta’ kontejners żdied b’60% jiġifieri 2.33 miljun kontejner (sas-sena li għaddiet). Minkejja r-riċessjoni tul l-ewwel sitt xhur tas-sena l-Malta Freeport żamm l-istess livelli tas-sena ta’ qabel.
Barra minn hekk illumil-ħaddiema fil-Freeport ilaħħqu l-1237 full-time, b’254 minnhom jiżdiedu mill-2004 sal-lum.
Fi kliem il-Ministru AustinGatt, il-politika tal-Gvern hawn hekk ukoll kienet storja ta’ suċċess u ġġib fix-xejn lil min kien jikkritika l-proċess ta’ privatizazzjoni.
Ovvjament b’dan l-aħħarinvestiment ta’ €24.5 miljun il-Freeport se jkun jista’ jkompli jżid il-kapaċita’ tiegħu u l-mira hi li jilħaq it-3 miljun kontejner sal-2011.
Il-Ministru Gatt kienakkumpanjat minn Mark Portelli, Chairman tal-Malta Freeport Corporation u minn Uwe Malezki, Direttur Manigerjali tal-Malta Freeport TerminalsLtd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow