Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985
Date Icon 20/11/2026

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru ġie ċċelebrat Jum it-Tfal, ġurnata li fiha tingħata aktar importanza dwar id-drittijiet, l-għajnuna u l-parteċipazzjoni tat-tfal fost oħrajn. Bi preparazzjoni għal dan il-jum, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja mexxa proġett EmpowerME flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport u l-University College Cork. L-għan wara dan il-proġett kien sabiex jifhem aħjar dwar kif it-tfal u ż-żgħażagħ jirrelataw mas-saħħa mentali u kif taffettwa lilhom personalment.


Dan l-istudju sar f’5 skejjel fejn ħadu sehem 1,135 student bejn 7 snin u 13-il sena. Ħareġ illi t-tfal għandhom fehim olistiku tas-saħħa mentali. Huma jaħsbu li l-membri tal-familja jew dawk l-aktar qrib, huma l-ewwel persuni li għandhom jgħinuhom meta jiffaċċjaw problemi. Iktar minn hekk jikkunsidraw r-relazzjonijiet ta’ fiduċja u ambjenti siguri bħala  importanti ħafna għas-saħħa mentali tagħhom. Ħareġ ukoll illi t-tfal jifhmu x’verament tfisser is-saħħa mentali permezz tal-esperjenzi ta’ kuljum tagħhom iktar milli minn aspett kliniku. 


Ir-riżultati li ħarġu mill-proġett EmpowerME, jpoġġu s-saħħa mentali tat-tfal fiċ-ċentru ta’ kollox, b’emfasi ssir sabiex l-adulti jisimgħu lit-tfal sabiex il-vuċijiet tagħhom verament jagħmlu differenza.


Ħabbru dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg u l-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja Michael Falzon waqt konferenza li kienet immexxija minn studenti stess fejn saħansitra ngħataw iċ-ċans illi jsaqsu l-mistoqsijiet huma.


Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg saħaq li s-saħħa mentali u l-benesseri emozzjonali tat-tfal jirrikjedu attenzjoni ħolistika li tqis kull aspett ta’ ħajjithom, fosthom fid-dar, fl-iskola u fil-komunità.


“Din il-konferenza laqqgħet lil dawk li għandhom sehem fil-ħajja tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Il-messaġġ tiegħi hu li rridu naħdmu flimkien. Il-ġenituri u dawk kollha li jrabbuhom, l-edukaturi li jqattgħu tant ħin magħhom fl-iskola u l-professjonisti tas-saħħa kollha għandhom rwol x’jaqdu, bit-tfal infushom għandhom jibqgħu dejjem fiċ-ċentru ta’ din il-ħidma. Għandna għodod u servizzi, fosthom it-toolkits, li nistgħu nużaw biex ngħinu lit-tfal jesprimu ruħhom. Irridu nagħtuhom il-ħin u l-ispazju biex jitkellmu dwar dak li jkun qed idejjaqhom u nisimgħu b’attenzjoni dak li jkollhom xi jgħidulna,” qal id-Deputat Prim Ministru.


Il-Ministru Michael Falzon saħaq li eżerċizzji bħal dawn jagħtu s-seta’ lill-Gvern sabiex jimplimenta politika li mhux biss tirrifleti l-viżjoni tal-futur iżda li tagħti serħan il-moħħ u tindirizza realtajiet soċjali tal-preżent.  “Ilkoll ngħaddu minn ċertu sfidi, iżda l-importanti huwa l-mod kif niffaċċjaw dawn il-problemi, naqsmu qalbna ma’ min verament nafdaw u nfittxu għajnuna fl-immedjat. Bħala soċjetà qatt m’għandna niġġudikaw u noħolqu konklużjonijiet mingħajr bażi,” saħaq il-Ministru Michael Falzon.


Id-Direttur Ġenerali Alexia Vella spjegat kif l-istudju juri li l-opinjonijiet, il-parteċipazzjoni u l-fehmiet tat-tfal huma kruċjali sabiex eventwalment jittieħdu deċiżjonijiet li jolqtu lit-tfal. Hija tkellmet dwar kif il-proġett EmpowerME  wassal ukoll sabiex jiġi ppublikat l-ewwel Toolkit dwar is-Saħħa Mentali għal tfal, ġenituri u edukaturi, flimkien ma’ Toolkit Diġitali dwar is-saħħa mentali fil-ħidma ta’ Proġett Empowering Children App. Hija fissret dan it-toolkit bħala pass importanti għall-mod li bih ser jagħti aktar aċċessibilità t’informazzjoni u riżorsi dwar is-saħħa mentali.


STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

More Press Releases Right arrow