Stqarrija mill-Ministeru tal-finanzi, l-ekonomija u investiment
pr1269
22/07/2009
| Risposta għall-istqarrija maħruġa mid-Deputat | Laburista Gavin Gulia, Kelliem Ewlieni għall-Ekonomija u Self-Employed |
| Dak li qal fi stqarrija l-Kelliem | tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija u s-Self-Employed, Gavin Gulia, hu żbaljat. Gavin Gulia biex iħawwad l-imħuħ għażel li jinjora għal kollox dak li qal il-Gvern dwar il-proġett ta’ ta’ Qali u dak li se jsir. Filfatt is-sidien huma involuti bis-sħiħ fil-proċess ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni ta’ dan il-Villaġġ. |
| Filwaqt li Gavin Gulia allega li dawn | in-negozjanti jinsabu fi dlam, evidentement mingħajr ma vverifika mal-istess sidien, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, flimkien mal-Malta Industrial Parks (MIP), li hija responsabbli għall-Villaġġ, fil-jiem li għaddew organizzaw laqgħa ta’ konsultazzjoni għall-artiġjani tal-Villaġġ fejn attendew ‘il fuq minn 80 sid. Fiha, il-Ministru Tonio Fenech nieda pjan ta’ azzjoni għax-xhur li ġejjin li għandu jerġa’ jagħti l-ħajja mill-ġdid lil dan il-Villaġġ. Dan ikun ta’ ġid għas-sidien għaliex iżid in-negozju u l-kummerċ u għalhekk jiżdied id-dħul għal min qiegħed jinvesti ħinu u flus għal rasu. Fl-istess laqgħa, l-artiġjani staqsew numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministru u lill-MIP. L-istess MIP issa qed tiltaqa’ individwalment ma’ kull sid f’dan il-Villaġġ. Dan jixhed il-konsultazzjoni li għaddejja dwar il-proġett. |
| Fil-laqgħa li saret fil-Malta Enterprise, kien | spjegat fid-dettall il-pjani li l-Gvern għandu għal dan is-sit. Tħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin l-MIP se tkun qed tfassal MasterPlan għal dan il-Villaġġ bl-intenzjoni li sal-aħħar tas-sena, kull sid ikun jista’ japplika mal-MEPA biex fi żmien stipulat jiġu żviluppati s-siti mgħoddija lilhom. Il-Gvern ikkonferma wkoll li se jkun qed jonora, kif dejjem qal, il-konvenzji eżistenti ma’ dawn is-sidien. |
| L-istess sidien jingħataw l-opportunità li bi | ftehim mal-MIP, jistgħu japplikaw għal varjazzjonijiet fil-pjanti tas-siti tagħhom. Is-sidien, din id-darba ser jingħataw l-opportunità li jagħżlu huma x’tip ta’ kuntratt jixtiequ jidħlu għalih. Il-Ministru Tonio Fenech ħabbar li s-sidien ser ikunu offruti li jaċċettaw jinvestu huma stess fil-binjiet tagħom u l-Gvern joffrilhom kuntratt ta’ ċens għal 65 sena, jew inkella jagħżlu li jidħlu f’kuntratt ta’ kirjiet, wara li jingħataw sit b’binja lesta. |
| Barra minn dan, fil-ġimgħat li għaddew twettaq | xogħol ta’ tindif u ta’ manutenzjoni li diġà qed jagħti dehra aħjar liż-żona għal dan iż-żmien tas-Sajf. |
| Il-Gvern hu determinat li l-Villaġġ | tal-Artiġjanat f’Ta’ Qali jkun trasformat fi spazju li jippromwovi l-artiġjanat Malti, u l-pjani jinkludu anke ċentru fl-istess villaġġ li jipprovdi pariri lill-istess artiġjani fuq numru ta’ oqsma, fost l-oħrajn dwar kif jistgħu igawdu minn fondi mill-Unjoni Ewropea. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984