Left arrow Go Back

L-Ungerija għandha potenzjal importanti għall-investituri Maltin

pr1268
Date Icon 22/07/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg sostna li Malta u l-Ungerija għandhom jesploraw il-possibbilta’ li jorganizzaw b’mod regolari delegazzjonijiet kummerċjali biex jissaħħaħ l-investiment u jinħoloq iktar xogħol.
Dr Tonio Borg qal dan f’taħditiet bilateralifl-Ungerija mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ungeriż  Péter Balázs. F’dawn id-diskussjonijiet iż-żewġ naħat tkellmu fuq għadd ta’ temi fosthom bi prominenza il-ħidma taż-żewġ pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kif Malta tista’ tgħin biex l-Ungerija ssaħħaħ ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiżi mediterranji u dawk tal-Ewropa ċentrali.
Il-Viċi Prim Ministru fisser ir-relazzjonijietbilaterali mal-Ungerija bħala eċċellenti u fi kliemu ma hemm l-ebda kwistjonijiet diplomatiċi pendenti bejn iż-żewġ naħat. Ta’ min isemmi li minn mindu bdew dawn ir-relazzjonijiet, fl-1970, ġew iffirmati b’kollox sitt ftehimiet bilaterali. Fost dawn insibu dawk dwar il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja, il-ftehim kontra l-kriminalita’ b’enfasi fuq id-droga u oħrajn marbuta mal-edukazzjoni u kultura. Il-Viċi Prim Ministru tenna kif bejn Malta u l-Ungerija teżisti wkoll koperazzjoni fil-qasam turistiku.
Dr Tonio Borg enfasizza fuq il-bżonn li Malta ul-Ungerija jibdew jaqsmu iktar l-esperjenza li għandhom fil-qasam politiku. Għal dan il-għan ġie propost mill-Viċi Prim Ministru li jitwaqqaf grupp parlamentari Malti-Ungeriż li jibda jaħdem u jesplora possibiltajiet kif tista’ tissaħħaħ il-koperazzjoni diplomatika bejn iż-żewġ pajjiżi f’dan il-qasam.
Dwar is-settur ekonomiku u kummerċjali, il-ViċiPrim Ministru fakkar kif hemm lok għal titjib konsiderevoli fejn jidħol il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi. Għaldaqstant huwa appella biex jibdew isiru delegazzjonijiet kummerċjali iktar regolari bejn iż-żewġ naħat.
“Attivitajiet simili, sostna l-Ministru TonioBorg, iservu ta’ xprun għall-investiment fuq iż-żewġ naħat u fl-istess waqt in-negozjant Malti jista’ jara l-potenzjal għal suq ikbar. Ta’ min ifakkar li fl-Ungerija hemm diġa’ investiment sod mill-Maltin fil-kamp tal-ospitalita’ turistika. Mill-banda l-oħra l-investitur Ungeriż jista’ jsib lil Malta bħala pajjiż attraenti speċjalment f’setturi li fihom Malta qiegħda minn ta’ quddiem bħas-Settur Finanzjarju u l-IT.”
Fuq l-istess linja, il-Viċi Prim Ministrutkellem dwar it-turiżmu u qal li minkejja li qabel il-kriżi finanzjarja internazzjonali, kien hemm żieda fit-turisti li jiġu Malta mill-Ungerija, fejn laħħaq l-ogħla ammont fl-2007 bi kważi 9,500 turist, dan jista’ jibqa’ jiżdied jekk ikun hemm iktar ħidma konġunta. Dr Tonio Borg fakkar fil-faċilita’ li teżisti matul is-sena kollha li toffri l-Airmalta b’titjiriet diretti lejn Budapest.
Il-Viċi Prim Ministru enfasizza l-fatt li aktarħidma bilaterali f’dawn l-oqsma, fl-aħħar mill-aħħar tirriżulta għal iktar ħolqien tal-impjiegi f’setturi kruċjali għal pajjiżna. Tenna li minkejja d-diffikultajiet u l-mewġ minħabba l-kriżi internazzjonali, il-Gvern Malti ma qadx lura milli juża kull mezz possibbli sabiex jibqa’ jġib l-investiment lejn Malta u b’hekk jinħoloq iktar xogħol. Huwa saħaq li żjarat simili jqajmu iktar interess għall-investituri.
Il-Viċi Prim Minsitru temm jgħid li Maltagħandha relazzjonijiet tajba ħafna mal-pajjiżi Ewropej u dawk Mediterranji, u għaldaqstant, tista’ tkun ta’ għajnuna sabiex l-Ungerija tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi li huma aktar viċin ta’ Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow