Left arrow Go Back

L-Islovakkja wkoll se tieħu immigranti irregolari minn Malta

pr1266
Date Icon 22/07/2009
WaraFranza, l-Ġermanja, il-Litwanja, l-Olanda, l-Irlanda, il-Portugall u l-Istati Uniti, issa anke l-Islovakkja ddikjarat li se tieħu immigranti illegali minn Malta. Dan ħabbru l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Slovakk Miroslav Lajčák fi tmiem laqgħa li kellu mal-Viċi Prim Ministru Malti Tonio Borg.
L-Islovakkja se tipparteċipafil-proġett pilota billi tieħu numru ta’ immigranti irregolari minn pajjiżna. Il-Ministru Slovakk saħaq ukoll li l-Islovakkja lesta tkompli taqsam il-piż ma’ Malta anke wara li jitlesta l-proġett pilota.
Dinl-inizjattiva tal-Gvern Slovakk hi meqjusa bħala waħda ferm importanti fl-isfond tal-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam tal-immigrazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea b’mod partikolari wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-18 u 19 ta’ Ġunju 2009 fi Brussell. Dan is-summit ta mandat ċar lill-Kummissjoni Ewropea sabiex twettaq proġett pilota għal rilokazzjoni ta’ persuni li jgawdu protezzjoni internazzjonali minn Malta lejn pajjiżi tal-Unjoni.
Il-GvernMalti talab ukoll is-sostenn tal-Islovakkja sabiex tappoġġja t-talba ta’ Malta li jitwaqqaf uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil f’Malta.
Il-ViċiPrim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Tonio Borg stqarr li l-Gvern Malti juri l-apprezzament tiegħu lill-Gvern Slovakk tal-għajnuna kollha li qiegħed joffri lil Malta, b’mod speċjali fil-kuntest ta’ inizjattivi li jagħtu futur lil dawk li jeħtieġu protezzjoni u jirringrazzja lil dawk l-entitajiet kollha li taw sehemhom biex din l-inizjattiva sseħħ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow