Left arrow Go Back

L-ONOR JASON AZZOPARDI JAGĦTI SIĠAR B’KUMPENS GĦALL-KARTA UŻATA

pr1263
Date Icon 21/07/2009
L-Onor Jason Azzopardi Segretarju Parlamentarigħall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, illum għamel donazzjoni ta’ erbgħin siġra  biex jitħawwlu bħala inizjattiva ambjentali bi tpattija għall-karti stampati li ntużaw minnu s-sena li għaddiet.  Din l-inizjattiva tikkontribwixxi biex tiżdied il-ħdura fiċ-ċentri tal-irħula tagħna, bl-effetti kollha pożittivi li dan iġib miegħu.
Jason Azzopardi fiehem kif l-ammont ta’ siġar litħawwlu huwa ikkalkulat xjentifikament b’formula apposta, wara li jkun tkejjel eżatt l-ammont ta’ karti li jkunu intużaw fi żmien partikolari.  Dan l-eżercizzju li jsir mit-Tree For You, jidħol fid-dettal ta’ kemm tkun ħoxna l-karta, jekk tkunx stampata bil-kulur, jew ikolliex coating gloss.  Għalhekk permezz ta’ dan l-offsetting tal-Carbon Footprint, isir kontribut dirett għall-irħula tagħna.
L-erbgħin siġra huma kollha endemiċi għal Malta,u bħal kull siġra mħawwla mit-Tree For You, huma addottati għal dejjem.  Dan ifisser li jekk siġra timrad u tmut jew jiġrilha xi ħaġa, din tiġi sostitwita minnufih b’waħda oħra ta’ l-istess razza.  L-erbgħin siġra huma żebbug, ħarrub, ballut, għargħar, ġummar, u deru.  Dawn ser jiġu mħawwla f’Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Ħal Għaxaq, u l-Gudja.
Dawn jingħaqdu ma’ iktar siġar li JasonAzzopardi ta f’April li għadda b’kontribut għall-masġar Karl Chircop f’Santa Lucija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow