Left arrow Go Back

IL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN TONIO BORG F’LAQGĦAT BILATERALI FIS-SLOVAKKJA

pr1262
Date Icon 21/07/2009
Malta u l-Islovakkja qasmu eseperjenzi similifl-aħħar snin bħala membri tal-Unjoni Ewropea u membri taz-zona ewro
Il-Viċi Prim Minsitru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg, sostna li Malta u l-Islovakkja se jkomplu jsaħħu r-rabtiet bilaterali tagħhom fil-kamp politiku u ekonomiku, fid-dawl tal-iżviluppi politiċi li ż-żewġ pajjiżi esperjenzaw fl-aħħar snin bid-dħul fl-Unjoni Ewropea u fiz-zona ewro. Huwa qal dan fi tmiem iż-żjara li għamel fl-Islovakkja li matulha kellu taħditiet mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Slovakk Miroslav Lajčák.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg fakkar kifminkejja ċ-ċokon tagħha, Malta irnexxilha tintegra ruħha fl-Unjoni Ewropea u tkun minn ta’ quddiem f’diversi oqsma fosthom fl-adozzjoni tal-munita ewro.  “Iż-żewġ pajjiżi sa mill-bidu tar-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom għarfu l-importanza li hemm fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali fil-kuntest ekonomiku u soċjali. Dan joħroġ mill-fatt li hemm diversi ftehim li jsaħħaħ dan il-ħsieb, u llum iktar minn qatt qabel, meta tqis li t-tnejn qegħdin fl-Unjoni Ewropea u fiz-zona ewro, nistgħu naħdmu ħafna iktar mill-qrib, iktar u iktar fl-isfera tal-kriżi ekonomika internazzjonali.’
Ta’min isemmi li Malta bl-esperjenza li kisbet fil-perjodu ta’ qabel id-dħul tal-munita ewro, setgħat taqsam l-għarfien tagħha mal-Islovakkja biex ikollha proċess tajjeb ta’ adozzjoni, fosthom ukoll il-ħidma tal-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro li offra l-għajnuna tiegħu lis-Slovakkja.
Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta ul-Islovakkja jmorru lura għall-1968, meta l-pajjiż kien għadu jifforma parti miċ-Ċekoslovakkja. Huma meqjusa bħala eċċellenti b’qafas legali ta’ sitt ftehim bilaterali dwar diversi forom ta’ koperazzjoni, kemm dawk marbuta mal-ħelsien tat-taxxa doppja kif ukoll ma’ ftehim oħrajn, fosthom fil-qasam tas-saħħa u l-ġlieda kontra l-kriminalita’.
Il-Viċi Prim Ministru qal li hemm bosta oqsmaoħrajn fejn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jkabbru l-interessi tagħhom. Kompla jgħid li fi żmien li jirrikjedi maturita’ politika, il-Gvern Malti imbarka fuq diversi riformi u proġetti li se jsaħħu l-pajjiż għas-snin li ġejjin. Huwa ma naqasx milli jitkellem ukoll dwar il-pjanijiet għall-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta u l-entużjażmu tan-nies għad-disinji u l-kunċett tal-Perit ta’ fama internazzjonali Renzo Piano. Dwar dan il-Viċi Prim Ministru semma l-interess li intwera fil-mezzi tax-xandir u tal-istampa internazzjonali dwar dan il-proġett permezz tal-ħidma tal-Missjonijiet  Diplomatiċi Maltin barra minn Malta. Fosthom, dan il-proġett ingħata importanza fl-Italja, fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fl-Arġentina u fi Franza.
Fuqdan l-aspett il-Viċi Prim Ministru semma r-relazzjonijiet kulturali bejn iż-żewġ naħat u tkellem dwar il-possibbilta’ li tiġi stabbilita assoċjazzjoni ta’ ħbiberija bejn Malta u l-Islovakkja li permezz tagħha jiġu esplorati iktar toroq għall-żviluppi kulturali.
Iż-żewġ naħat ddiskutew il-kwistjonital-Immigrazzjoni Illegali u ġie magħruf li wara kuntatti regolari bejn iż-żewġ pajjiżi, l-Islovakkja qed tħares lejn il-possibbilta li tassisti lill-Malta fir-resettlement ta’ individwi taħt protezzjoni umanitarja. L-Islovakkja qiegħda tara x’possibiltajiet jeżistu f’dan il-qasam taħt il-Qafas Ewropew tal-Patt tal-Immigrazzjoni u l-Ażil.
Dwarit-turiżmu, il-Viċi Prim Ministru innota li sa mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-għadd ta’ turisti li jiġu Malta minn dan il-pajjiż rreġistra tkabbir, u sostna li hemm potenzjal qawwi li dan il-qasam ekonomiku tant importanti għall-Malta jkompli jissaħħaħ mal-Islovakkja.  Dwar il-qasam tal-investiment u l-kummerċ, il-Viċi Prim Ministru sostna li jinħass il-bżonn li jkun hemm aktar delegazzjonijiet kummerċjali biex tiġi esplorata iktar il-possibbilta’ ta’ investiment bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Viċi Prim Ministru temm jgħid li Malta ul-Islovakkja se jkomplu jħarsu ‘l quddiem lejn it-tisħiħ tal-ideat politiċi li t-tnejn iħaddnu fl-isfond ta’ paċi u koperazzjoni fuq diversi oqsma internazzjonali ta’ importanza.
Preżenti għal dawn it-taħditiet kien hemm ukolll-Ambaxxatur Malti fi Vjenna għall-Awstrija is-Sur Christopher Grima li jkopri wkoll l-Islovakkja.


Tagħrif Ġenerali dwar l-Islovakkja

  • Ir-relazzjonijiet Diplomatiċi bejn Malta u l-Islovakkja jmorru lura għall-1968 meta l-pajjiż kien għadu jifforma parti miċ-Ċekoslovakkja.
  • F’dawn is-snin ġew iffirmati sitt ftehim fuq diversi oqsma fosthom tas-saħħa, il-ġlieda kontra l-kriminalita’, dwar il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja u kulturali
  • Malta tesporta għadd ta’ prodotti lejn l-Islovakkja, fosthom prodotti farmaċewtiċi. Fl-istess waqt l-iktar materjal komuni li Malta timporta huwa dak marbut ma’ makkinarji u apparat simili

Tabelli Informattivi 

  • Rata ta’ qagħad fl-Slovakkja
2007 (12-il xahar)275.300           10.3%
2008  (12-il xahar)269,465           9.4%
2009 sa Mejju289,340           11.1% (Tbassir li jlaħħaq it-12 % sal aħħar tal- 2009 12%)

ECONOMIC INDICATOR

SLOVAK REPUBLIC

Population

5,400,998

(Growth Rate 0.14%)

GDP (at current prices)

€ 65,767.3 million

GDP per capita

12,200

Labour Force

€ 2.44 million

Unemployment Rate

9.6%

Inflation Rate

3.9%

Public Debt to GDP ratio

29.4%

Public Surplus/Deficit to GDP ratio

-1.9%

ECONOMIC INDICATOR

SLOVAK REPUBLIC

Population

5,400,998

(Growth Rate 0.14%)

GDP (at current prices)

€ 65,767.3 million

GDP per capita

12,200

Labour Force

€ 2.44 million

Unemployment Rate

9.6%

Inflation Rate

3.9%

Public Debt to GDP ratio

29.4%

Public Surplus/Deficit to GDP ratio

-1.9%

ECONOMIC INDICATOR

SLOVAK REPUBLIC

Population

5,400,998

(Growth Rate 0.14%)

GDP (at current prices)

€ 65,767.3 million

GDP per capita

12,200

Labour Force

€ 2.44 million

Unemployment Rate

9.6%

Inflation Rate

3.9%

Public Debt to GDP ratio

29.4%

Public Surplus/Deficit to GDP ratio

-1.9%

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow